Left arrow Go Back

TWAQQFET L-EWWEL ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUTTURI.

PR1427
Date Icon 16/09/2004

Nhar il-Ġimgha 10 ta’ Settembru 2004 ingħatat l-għarfien uffiċjali l-ewwel Għaqda tal-Produtturi fis-settur tal-frott u ħxejjex fil-Prezenza ta’ l-Ambaxxatur Taljan għal Malta l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Alvise Memmo u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius.   

Din l-għaqda li fiha 476–il membru, ġiet iffurmata mill-Koperattiva Gozitano. L-għarfien ingħata mid-Direttur ta’ l-Agrikultura wara eżami bir-reqqa ta’ l-applikazzjoni li saret mill-koperattiva biex jiġi żgurat illi l-ħtigijiet kollha tar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea kienu sodisfatti.   

Waqt li l-għaqda ngħatat l-għarien uffiċjali, gie ppreżentat ukoll il-programm ta’ l-operat tagħha għall-ħames snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2005. Dan il-programm, li jkopri il-ħidma ta’ l-ghaqda f’dan il-perjodu, issa jiġi studjat mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura qabel ma jiġi approvat.  

l-Għaqda tal-Produtturi Gozitano għandha bħala għanijiet taghha:  

  • li tassigura l-programmazzjoni tal-produzzjoni ta’ ħaxix u frott frisk tal-membri tagħha;  

  • li tirregola tali produzzjoni skond id-domanda għall-istess ħaxix u frott;  

  • tikkonċentra l-offerta u l-kummercjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri;  

  • tnaqqas l-ispejjes tal-produzzjoni u żżomm taħt kontroll l-prezzijiet tal-produzzjoni;  

  • tippromwovi prattiċi agrikoli u teknika ta’ produzzjoni li tirrispetta l-ambjent;  

  • ittejjeb prattiċi agrikoli u teknika ta’ produzzjoni u l-indafa ossia l-igjene tal-prodotti;  

  • tħares il-kwalita’ ta’ l-ilma, tal-ħamrija, tal-pajsaġġ u tiffavorixxi l-biodiversita'  

Nofs l-ispejjeż ta’ dan il-programm ser jitħallsu mill-Unjoni Ewropea. Fis-sena 2005, l-ewwel sena tal-programm dan il-kontribut minn naħa ta’ l-Unjoni Ewropea mistenni jkun ta’ madwar 117,000 Euro.  

Il-Gvern Taljan, permezz tal-Ħames Protokoll Finanzjarju, għen lill-koperattiva Gozitano fit-tfassil kemm ta’ l-applikazzjoni għal għarfien, kif ukoll tal-programm ta’ l-operat. Għal dan il-għan ġew mill-Italja team ta’ esperti taħt it-tmexxija ta’ Dott. Tucci miċ-CIHEAM - Istituto Agronomico Mediteraneo di Bari, li minbarra l-għajnuna msemmija, organizzaw ukoll kors ta’ erba’ gimgħat ta’ taħriġ għall dawk li kienu interessati fit-twaqqif ta’ għaqdiet tal-produtturi.   

Taħt dan il-Ħames Protokoll Taljan l-Għaqda tal-Produtturi Gozitano ser twaqqaf grading station uCold Store ġewwa Għawdex li ser jiswew 211,900 Euros.    

L-Ambaxxatur Dott. Alvise Memmo qal, li jinsab kuntent li qed jara li issa dak li għal ħafna xhur esperti Taljani flimkien ma’ dawk Maltin ħadmu għalih issa qed jiġi realizzat. Dott. Memmo qal li hu konvint li fil-futur din ir-relazzjoni tajba bejn Malta u l-Italja ser tkompli tissaħħaħ.  

Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Dr. Francis Agius qal li issa li Malta issiehbet fl-Unjoni Ewropea huwa importanti li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu u huwa ta’ pjaċir li wieħed jara li l-bdiewa tagħna qed jingħaqdu f’dawn l-għaqdiet tal-produtturi u allura issa ser ikunu l-istess bdiewa li jmexxu u jieħdu d-deċizjonijiet. Dan għalhekk huwa pass importanti fil-proċess ta’ riforma tas-settur agrikolu f’pajjiżna. Din ir-riforma mistennija twassal għal titjib fil-kwalita’ u l-valur tal-prodotti agrikoli temm jghid Dr. Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow