Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA` MALTA IPPREŻENTAT B’ZEWĠ DONAZZJONIJIET GĦAL MCCF

PR1420
Date Icon 15/09/2004

Il-President ta` Malta , l-E.T. Edward Fenech Adami illum kien ippreżentat b’erbat elef lira Maltin għal Malta Community Chest Fund, f’żewġ preżentazzjonijiet differenti relatati mal-qasam sportiv.

Il-President Fenech Adami, filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu għall-isforzi kollha li saru minnħafna nies sabiex jinġabru dawn il-fondi qal illi dan kollu juri kemm ġid jistgħu jagħmlu attivitajiet sportivi bħal dawn li joħolqu sens ta` solidarjeta` u li jgħinu sabiex nibnu ġejjieni aħjar.

Fl-ewwel preżentazzjoni, s-Sur Anthony Debono, iċ-Chairman ta` l-‘Isports Commission’ fi ħdan il-Malta Community Chest Fund, ippreżenta Lm500 f’isem il-Malta Aquatic Association.

It-tieni donazzjoni ġiet ippreżentata mis-surmast tal-Liċeo Mikiel Anton Vassalli, is-sur Paul Attard li ppreżenta cheque ta` Lm3,500.  Il-Liċeo ġabar din is-somma permezz ta` attivitajiet soċjali li organizza tul is-sena bl-iskop li jinġabru fondi li parti minnhom jmorru għal dawk li huma fil-bżonn, u biex b’hekk, għar-raba sena konsekuttiva jingħataw lill-Malta Community Chest Fund. Dawn l-attivitajiet soċjali jinkludu fost l-oħrajn maratona sportiva ta` 36 siegħa li issa saret appuntament annwali mhux biss ma` l-istudenti tal-Liċeo iżda wkoll ma’ studenti ta` skejjel oħrajn li jipparteċipaw fiha.

Preżenti kien hemm wkoll Tristan Falzon, student tal-Liċeo, ta` erbatax-il sena li permezz ta` sponsor sheets, kien dak li fost sħabu,irnexxielujġbor l-akbar somma li tammonta għal dik ta` Lm1,140.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow