Left arrow Mur Lura

MINUTA SILENZJU GĦALL-VITTMI TA’ BESLAN

PR1418
Date Icon 15/09/2004

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ingħaqad mal-Parlament Ewropew u l-kumplament tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea f’minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi tat-traġedja li seħħet fl-ewwel ġurnata ta’ l-iskola fil-villaġġ ta’ Beslan fir-Russja. 

L-iskejjel kollha li llum kienu miftuħa madwar l-Ewropa osservaw ukoll minuta silenzu wara s-sejħa li saret mill-Parlament Ewropew. Peress li l-iskejjel Maltin għadhom bil-btajjel tas-sajf, il-minuta silenzju se tiġi osservata fl-ewwel ġurnata ta’ l-iskola jiġifieri fis-27 ta’ Settembru 2004.  Hu mistenni wkoll li ssir ċerimonja simbolika f’waħda mill-iskejjel Maltin.   

Il-Ministeru jingħaqad mal-messaġġ tal-President tal-Parlament Ewropew Josep Borrell Fontelles li jikkundanna l-ħtif ta’ tfal innoċenti, il-ġenituri u l-għalliema tagħhom u qal li dan l-attakk salvaġġ juri kemm t-terroriżmu jista’ jasal għal kollox mingħajr limiti.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow