JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU 2004 - PROGRAMM
Fl-okkażjoni ta’ JUM L-INDIPENDENZA, il-Kumitat Festi Nazzjonali ser jorganizza dawn l-attivitajiet.
It-Tnejn, 20 ta' Settembru, 2004
Tqegħid ta' Kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza
| 10.00 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja - Valletta |
| 10.03 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta |
| 10.05 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Gerald Strickland Barrakka ta' Fuq, Valletta |
| 10.08 hrs | Monument ta’l-Ex-Prim Ministru Nerik Mizzi - Pjazza San Ġwann, Valletta |
| 10.15 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Ugo Mifsud - Floriana |
| 10.35 hrs | Qabar ta’ l-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola |
| 10.40 hrs | Qabar ta’ l-Ex Prim Minstru Francesco Buħaġiar |
Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
It-Tlieta, 21 ta' Settembru, 2004
JUM L-INDIPENDENZA
Quddiesa Pontifikali u "Te Deum" fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re tul Triq ir-Repubblika, Valletta .
Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann
Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
Wasla ta’ l-Altezza Rjali Tagħħa , il -Prinċipessa Rjali
Wasla tal-Prim Ministru
Wasla ta` l-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta’ Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur.
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum
Il-pubbliku in generali li jixtieq jattendi għall-Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għandu jkun fil-post sa mhux aktar tard mid- 0930 hrs
Tqeghid ta' Fjuri fuq il-Monument ta' l-Indipendenza, Floriana.
11.45 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja ta' l-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana.
Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument ta' l-Indipendenza
Wasla tal-Kmandant ta' l-AFM
Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru u l-Altezza Rjali Tagħħa l-Prinċipessa Rjali
L-E.T. il-President ta' Malta , il-Prim Ministru u l-Altezza Rjali Tagħħa l-Principessa Rjali jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument.
KUNĊERT TA’ L-INDIPENDENZA
19.15 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali b’direzzjoni ta’ Mro Michael Laus fil-Bitħa tal-Palazz, Valletta .
F’kaz ta’ maltemp il-kunċert isir xorta waħda fit-Teatru Manoel.
Nota: Dettalji dwar dawk l-attivitajiet li se jkunu miftuħin għall-media, jingħataw aktar tard.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en