Left arrow Go Back

ATT IX TA’ L-2004 – KAWŻI PENDENTI QUDDIEM IL-PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI

PR1414
Date Icon 14/09/2004

Permezz ta’ l-Att IX ta’ l-2004 ippubblikat fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-6 t’Awissu 2004 u effettiv bl-Avviż Legali 384 ta’ l-2004 datat l-10 t’Awissu 2004, kull min għandu kawża pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, u li ma ġietx imħollija għas-sentenza, jista’ jitlob lill-Qorti sabiex din il-kawża tiġi deċiza mill-Qorti tal-Maġistrati.

Dan japplika għal dawk il-kawżi li l-valur tat-talba fil-kawża ma jkunx iżjed minn Lm5,000.  Il-proċedura adottata hija billi tiġi ppreżentata nota fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili, Qrati tal-Ġustizzja, il-Belt Valletta sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Ottubru, 2004.  

Ikun tajjeb jekk dawk li għandhom kawża taħt il-Lm5,000 u jixtiequ li din tibqa’ tinstema’ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, jikkonsultaw ma’ l-avukat tagħhom.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow