Left arrow Go Back

IL-LAQGHA TA’ TEKNICI MALTIN U LIBJANI DWAR IL-VISAS

PR1402
Date Icon 10/09/2004

L-Oppożizzjoni ħadet falza stikka meta sejħet bħala ‘Sigrieta’ laqgħa normali dwar il-proċess tal-ħruġ tal-Visas li saret uffiċjalment nhar it-Tnejn li għadda fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin fil-belt Valletta bejn tekniċi mill-Ministeri tal-Affarjiet Barranin ta’ Malta u tal-Libja. Din il-laqgħa kienet rappurtata wkoll f’waħda mill-gazzetti ta’ nhar ta’ Ħadd b’kumment dirett mill-Ministru Frendo. Jidher li dan ir-rapport ma kienx inqara mill-Onorevoli Leo Brincat, kelliem ewlieni dwar l-Affarjiet Barranin tal-Oppożizzjoni Laburista.

Din il-laqgħa ta’ esperti tekniċi Maltin u Libjani saret bħala riżultat taż-żjara li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo kien għamel fil-Libja bejn is-16 u t-18 ta’ Lulju li għadda. Laqgħat tekniċi bħal dik li saret it-Tnejn li għadda fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin stess, huma mistennija li jsiru b’mod regolari kemm f’Malta kif ukoll fil-Libja biex fihom jigu kkonsidrati problemi tekniċi dwar Visas li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien bejn iż-żewġ pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow