Left arrow Mur Lura

IL-GVERN HUWA MPENJAT BIEX IKOMPLI JIŻVILUPPA U JISFRUTTA YACHT MARINAS ĠODDA F’MALTA

PR1401
Date Icon 10/09/2004

Qiegħed jitkompla studju għal żvilupp ta’ Yacht Marinafix-Xemxija – Il-Ministru Censu Galea

“Pajjiżna ma jgħix f’iżolament, iżda f’kull settur għandu kompetizzjoni kbira. Jeħtieg għalhekk li nagħrfu din ir-realtà u b’responsabbilità kollettiva naħdmu fuq binarji godda.” Dan qalu l-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea waqt li kien qed iżur il-Yacht Marina u d-Direttorat tal-Yachting f’Ta’ Xbiex mmexxija mill-Awtorità Marittima Maltija.

Il-Ministru Galea qal li dan il-Gvern hu mpenjat li filwaqt li jiżviluppa aktar il-kunċett marittimu ta’ Malta , jisfrutta l-potenzjal ta’ pajjiżna fil-qasam tal-yachting billi jassigura li l-infrastruttura f’dan is-settur takkomoda d-domanda kbira li teżisti.

Fil-Marina ta’ l-Imsida u ta’ Xbiex, li preżentament hi l-akbar waħda f’Malta, kien hemm 790 irmiġġ, u li kienu kollha mehuda. Dan in-numru riċentement żdied b’25 irmiġġ ġdid li ukoll ġew okkupati mill-ewwel. B’hekk din il-Marina issa takkomoda 815opra tal-baħar. L-Awtorità Marittima hi responsabbli wkoll għall-marina ta’ l-Imġarr Għawdex fejn jeżistu madwar 190 irmiġġ ieħor. Hawnhekk ukoll l-irmiġġi huma kollha meħudha.

L-Onor. Censu Galea għamel aċċenn għall-waiting list li hemm quddiem l-Awtorità, ta’ madwar 400 talba għall-irmiġġi permanenti u spjega li filwaqt li d-domanda minn naħa tal-pubbliku, kemm dak lokali u oħrajn li jżuru Malta , qegħda dejjem tiżdied, il-marinas huma kollha mimlija. Dawn minbarra dawk privati bħal dik ta’ Portomaso, Manoel Island u l-Kottonera, li wkoll huma mimlija sostanzjalment. Dan ifisser li bejn il-marinas privati, ’il fuq minn 700 irmiġġ ieħor huma okkupati.

Il-Ministru Censu Galea qal li matul ix-xhur tas-sajf jiżdiedu sostanzjalment yachts barranin li jiefqu f’Malta, kemm minħabba fil-pożizzjoni ġeografika

tagħna kif ukoll għal dak li għandna x’noffru bħala nazzjon. “Hu propju għalhekk li l-Gvern ilu li għaraf il-potenzjal ta’ dan is-settur, kemm mil-lat turistiku kif ukoll ekonomiku, u qiegħed jinvesti fl-iżvilupp kontinwu tiegħu,” qal il-Ministru.

Hu kompla jgħid li fl-isfond tal-benefiċċji ekonomiċi li jiġġeneraw il-yacht marinas, u mill-esperjenzi pożittivi li akkwistajna s’issa, il-Ministeru tal-Kompetittività u Komunikazzjoni, responsabbli għall-affarijiet marittimi, flimkien ma’ l-Awtorità Marittima Maltija, se jkomplu jibnu fuq studju li kien tħejja sabiex titnieda yacht marina ġdida fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.  Dan anki wara li l-Awtorità ta’ l-Ippjanar fi studju li kienet ippubblikat, kienet identifikat il-bajja tax-Xemxija bħala sit potenzjali għal dan l-iżvilupp.

“Proġett bħal dan fix-Xemxija m’hux biss jgħinna nkomplu niżviluppaw is-settur tal-yachting iżda jġib miegħu ukoll riġenerazzjoni ekonomika u soċjali aktar wiesgħa f’din il-parti ta’ Malta . Dan bħal ma seħħ, u għadu qieghed jiġri fil-Kottonera, wara l-iżvilupp ta’ marina f’dik iż-żona,” sostna l-Ministru Galea.  Wara l-istudju, li hekk kif jitlesta kollu jgħaddi għall-fażi ta’ approvazzjoni, jkun mistenni li ssir sejħa għall-offerti ta’ interess sabiex fil-futur immedjat, jingħata bidu għal dan il-proġett.

Il-Ministru tal-Kompetittività u Komunikazzjoni emfasizza wkoll li huwa importanti li sabiex inkunu kompetittivi, m’hux biss għandu jkollna l-infrastruttura kollha meħtiega, iżda hemm bżonn ukoll li nkomplu ntejbu u ngħollu l-livell tal-prodotti u s-servizzi li noffru, bi standards għolja u prezz raġonevoli. B’dan il-mod inkunu qegħdin naghtu valur lill-importanza li tingħata lill-kwalità tas-servizz. “Iż-żmien li nippromwovu lil Malta minħabba fix-xemx u l-baħar spiċċa. Dawn mhumiex komoditajiet li ngawdu u niftaħru bihom aħna biss. Irridu nkunu konxji minn dan u filwaqt li tinbidel il-mentalità u kultura ta’ dawk li ghandhom interess dirett fis-setturi varji, niżviluppaw setturi ġodda u potenzjali, li minnhom nistgħu nibbenfikaw għall-aħjar użu tagħna.”

Il-Ministru Censu Galea li kien akkumpanjat minn Dott. Marc Bonello, Chairman ta’ l-Awtorità Marittima Maltija, żar ukoll id-Direttorat tal-Yachting u ltaqa’ mal-ħaddiema ta’ l-istess Direttorat.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow