Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA TALJAN GĦALL-ŻJARA F’MALTA

PR1395
Date Icon 09/09/2004

Il-Ministru għall-Politika Agrikola u Forestali ta’ l-Italja, l-Onor. Giovanni Alemanno se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta wara li laqa’ stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino.

Waqt li jkun f’Malta, il-Ministru Alemanno se jkollu laqgħa uffiċjali mal-Ministru George Pullicino, mas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd, Dr. Frans Agius u ma’ uffiċjali għolja mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.   

Matul il-laqgħa bilaterali se jkunu diskussi temi ta’ importanza bħalma huma r-riforma fil-Pitkalija, is-sit tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM), u assistenza mill-Gvern Taljan għall-promozzjoni ta’ prodotti agro-alimentari lokali.  

Il-Ministru Alemanno se jkun preżenti għall-inawgurazzjoni tal-laboratorju tal-Vitikultura u l-Enoloġija fiċ-Ċentru ta’ l-Għammieri li se jsir mill-Ministru George Pullicino.  

Intant matul iż-żjara f’Malta, l-Ministru Alemanno u d-delegazzjoni tiegħu se jżuru wkoll Għawdex, il-Konkatidral ta’ San Ġwann u t-tempju ta’ l-Ipoġew. Il-Ministru Alemanno u d-delegazzjoni tiegħu jaslu Malta nhar il-Ħadd, 12 ta’ Settembru u jitilqu l-għada t-Tnejn, 13 ta’ Settembru, 2004. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow