Left arrow Mur Lura

TITNEĦĦA L-LIĊENZJA TA’ LM 25 FUQ IS-SATELLITA

PR1390
Date Icon 07/09/2004

Il-Kabinett tal-Ministri l-bieraħ ddeċieda li b’effett mill-ewwel ta’ Mejju 2004 titneħħa l-liċenzja ta’ Lm 25 fuq ir-riċevituri tas-satellita (TVRO’s).

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li matul l-aħħar xhur, kif ingħad diversi drabi fil-pubbliku, il-gvern segwa dak li għamlu l-pajjizi l-ġodda membri ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dak li kien l-aħjar interess tal-konsumatur Malti.  

Fil-preżent madwar 15,700 persuna għandha riċevitur u jħallsu Lm 25 fis- sena għal-liċenzja. Bit-tneħħija ta’ din il-liċenzja jfisser li Lm 400,000 ser jibqgħu għand il-poplu.

Dan juri l-impenn tal-gvern li filwaqt li jimxi ma’ regoli komuni għall-pajjiżi Ewropej jassigura l-aħjar interess tal-konsumatrur. Għalhekk f’dan il-kuntest il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni jgharraf illi min kellu l-liċenzja tiegħu tagħlaq wara l-ewwel ta’ Mejju u ħallasha se jingħata lura l-ammont imħallas. Dettalji tal-metodu ta’ rifużjoni jingħataw fil-jiem li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow