Left arrow Go Back

JUM IL-VITORJA 2004 F’GĦAWDEX

PR1389
Date Icon 07/09/2004

Il-Ministru għal Għawdex, L-Onor. Giovanna Debono, illum ser tippresjedi l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar Jum il-Vitorja. 

Iċ-ċerimonja ser tibda bis-sehem tal-Banda tal-Pulizija illi ser timmarċja minn Pjazza Sabina sa’ Pjazza Indipendenza, Victoria u tkompli bil-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta.  Wara l-wasla tal- Ministru ghal Ghawdex fi Pjazza Indipendenza, l-attivita` tkompli bil-qari ta’ poeżija u diskors kommemmorattiv li din is-sena ser isir minn Chev. Paul George Pisani, Nutar Pubbliku.  Iċ-ċerimonja tilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ kuruni fuq il-Monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza.  Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.  

Il-kommemorazzjoni ser issir illejla, 7 ta’ Settembru 2004, fis-6.00pm.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow