Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT GEORGE PULLICINO GĦAL ŻJARA F’ĊIPRU U IŻRAEL

PR1386
Date Icon 07/09/2004

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qed imexxi delegazzjoni tal-Gvern Malti fi żjara f’Ċipru u l-Iżrael fuq stedina li saret mill-Gvernijiet rispettivi.  Id-delegazzjoni Maltija hi magħmula minn uffiċjali għolja mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mill-WasteServ MaltaLtd u miċ-Ċentru Malti għax-Xjenza tas-Sajd.

Matul din iż-żjara, id-delegazzjoni Maltija ser ikollha diversi laqgħat bilaterali ma’ l-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi, u ser ikollha wkoll opportunita’ żżur diversi siti li huma ta’ interess għal pajjiżna.  

F’Ċipru, il-Ministru Pullicino ser jiltaqa’ mal-Ministru għall-Agrikoltura, Riżorsi Naturali u Ambjent Timmy Efthymiou, u ser ikollu wkoll laqgħat separati ma’ l-ogħla uffiċjali mid-Dipartimenti ta’ l-Agrikoltura, Ilma,  Afforestazzjoni, Sajd u Ambjent.  

Id-delegazzjoni Maltija ser tagħmel żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Ċipru Tassos Papadopoulos.  

Id-delegazzjoni Maltija ser iżżur ukoll impjant fejn isiru esperimenti dwar is-settur tas-sajd u impjant ieħor tad-desalinizzazzjoni ta’ l-ilma.  Il-Ministru George Pullicino ser iżur ukoll sit ta’ afforestazzjoni li jinkludi wkoll kulleġġ li jispeċjalizza fis-suġġett.  

F’Iżrael, id-delegazzjoni Maltija ser ikollha taħdidiet bilaterali mal-Ministru ta’ l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Israel Katz, kif ukoll laqgħat oħra ma’ l-Organizzazzjoni Nazzjonali dwar ir-Riċerka fl-Agrikoltura u mad-Direttur Ġenerali fil-Ministeru ta’ l-Ambjent.  

Fl-Iżrael id-delegazzjoni Maltija ser iżżur sit fejn jinħażen u jkun riċiklat l-iskart u faċilita’ li tispeċjalizza fil-manifattura ta’ sistemi li jaħdmu bl-enerġija solari.   

Il-Ministru Pullicino mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ Shimon Peres.  

Din iż-żjara tinkwadra fil-qafas tal-politika Ewro-Mediterranja li tħaddan u tippromwovi Malta.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow