IS-SUSSIDJU JINGĦATA SKOND IL-KRITERJI STABBILITI
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd jixtieq jagħmilha cara li l-iskop tas-sussidji lis-settur tal-biedja huwa intenzjonat biex meta tneħħew il-‘levies’, wara l-1 ta Mejju 2004 u s-swieq ġew liberalizzati, l-impatt fuq is-settur tal-biedja ma jkunx ta’ detriment għall-għiexien tal-bdiewa, iżda ta’ inkoraġġiment biex dawn itejbu l-pożizzjoni tagħhom u aktar minn hekk, ikunu kompettitivi bħal sħabhom il-bdiewa l-oħra Ewropej.
Biex dan kollu jiġi salvagwardjat, il-Gvern waqqaf politika għall-‘Special Market PolicyProgram for Maltese Agriculture (SMPPMA)’ biex din tagħmel tajjeb biex is-sussidji jingħataw lill-bdiewa b'mod ekwu u ġust.
Biex dan il-għan jintlaħaq, il-Gvern waqqaf dipartiment tal-Integrated Administrative Control System(IACS) biex wara li l-bdiewa jkunu rreġistraw ir-raba tagħhom ma’ dan id-dipartiment kif ukoll il-prodotti li jitkabbru fuq dan ir-raba, id-dipartiment jkun jista’ jikkalkula kemm tista’ tkun il-produzzjoni ta’ kull bidwi. Peress li s-sussidju qed jingħata skond din il-produzzjoni, il-Gvern qed jaghmel il-kontrolli meħtiega biex jiġi aċċertat illi s-sussidji joħorgu fuq il-produzzjoni vverifikata.
U kien propju għalhekk li l-Ministeru għaddej b'dawn il-verifiki biex ikun aċċertat li s-sussidju jingħata skond il-kriterji stabbiliti.
Dan kollu qed isir fl-aħjar interess tal-bdiewa biex dak li ġie nnegozjat u miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea ma jiġix ipperikolat minn xi wħud, inkluz xi bdiewa.
Il-Gvern se jkompli għaddej bil-verifiki għall-MIZURI KOLLHA neċessarji f’dan il-qasam skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea u skond il-Kriterji ta’ kontabilita’ kif titlob il-ligi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en