Left arrow Mur Lura

L-OPPOŻIZZJONI LABURISTA MHIX ĠENWINA FL-INTENZJONIJIET TAGĦHA

PR1382
Date Icon 05/09/2004

L-oppożizzjoni Laburista għoġobha ssejjaħ konferenza għall-aħbarijiet sabiex tkompli tgerfex u tħawwad l-imħuħ tan-nies dwar id-deċizjoni tal-Gvern li jinvesti fi propjeta’ ġewwa Brussell, biex taqdi l-funzjonijiet ta’ Rappreżentanza Permanenti u Ambaxxata għall-Belġju.

L-oppożizzjoni Laburista tat l-impressjoni li jrid jinfetaħ il-Parlament sabiex titlob lill-Awditur Generali, permezz tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, biex jagħmel investigazzjoni dwar ix-xiri tal-bini ta’ Dar Malta . Il-Gvern ifakkar lill-Oppożizzjoni Laburista li skond l-Ordni Permanenti tal-Kamra Numru 120, hija għandha l-fakulta’ li titlob lill-Awditur Ġenerali biex jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu mingħajr ma tistenna li jinfetaħ il-Parlament. Għal raġunijiet magħrufa għaliha biss, l-Oppożizzjoni ppreferiet li ma teżercitax dan id-dritt.

Il-Gvern diġa’ ddikjara ruħu dwar dan u wiegħed li jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja dwar dan l-investiment.  

Il-Gvern jerġa jiddikjara li d-deciżjoni dwar ix-xiri ta’ Dar Malta ittieħdet mill-Kabinett tal-Ministri wara li l-MIMCOL ingħatat l-inkarigu li tikseb u tirrakkomanda lill-Gvern l-aħjar għażla.

Il-Gvern jassigura lill-Oppożizzjoni li fl-ebda mument ma ġew miksura ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea u jirrepeti li max-xiri tal-propjeta’, il-Gvern ħa l-opportunita’ li jibbenefika mill-kuntratt ta’ titjib li diġa kien jeżisti bejn kuntrattur Belġjan u l-aġenzija li mingħandha ġiet mixtrija l-propjeta’. Kieku ma sarx hekk, il-Gvern kien jidħol fi spejjeż u dewmien żejda.  

Jidher biċ-ċar li l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hija waħda: li tieħu vantaġġ politiku minn deċizjoni iebsa li l-Gvern ħa fl-interess tal-pajjiż f’mument li fih il-Gvern għaddej bi programm ta’ riformi sabiex jiġi ndirizzat id-deficit tal-pajjiż. Kieku l-oppożizzjoni kienet ġenwina fil-pożizzjoni tagħha, kienet titlob lill-Awditur Ġenerali biex jagħmel l-investigazzjonijiet li l-Oppożizzjoni jidhrilha li huma xierqa mingħajr dewmien.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow