Left arrow Go Back

NIPPROMWOVU L-ARTI FOST UDJENZA AKBAR

PR1380
Date Icon 04/09/2004

Meta kien qed jinawgura wirja fil-Muzew tas-Santwarju ’Haz-Zabbar, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech feraħ lil Mario Portelli għall-wirja tiegħu ta’ arti  li kien qed itella’ f’wieħed mil-lokalitiajiet ewlenin  ta’ pajjiżna. Hu qal li l-arti ma kellix fruntieri u għalhekk kien ta’ sodisfazzjon għalih li jinawgura wirjiet ma’ kull parti ta’ Malta . 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn l-aħħar xhur kellu l-okkażżjoni jinawgura wirjiet importanti fin-Nofsinhar ta’ Malta fosthom wirja dwar ix-xogħlijiet ta’ Caravaggio li ttellgħet fl-Imħażen ta’ Caraffa fil-Birgu u wirja dwar strumenti tat-tortura li ttellgħet fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Birgu wkoll. Hu qal li wirjiet bħal dawn iressqu lill-poplu aktar lejn l-arti u jagħmluna aktar konxji ta’ dak kollu li hu sabiħ bħal fil-każ tal-pittura ta’ Carravaggio u dak li hu ikraħ bħal fil-każ tal-wirja ta’ strumenti tat-tortura li kienu jintużaw fl-Ewropa.  

Francis Zammit Dimech qal li bħala Ministru responsabbli mill-kultura l-priorita’ immedjata tiegħu kienet li jressaq l-arti u l-kultura lejn udjenza dejjem akbar.  Hu qal li b’dan il-għan kien lest jagħti kull appoġġ lil artisti Maltin fl-isforz biex joħolqu identita’ fix-xogħolijiet tagħhom. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura fakkar li pajjiżna llum kien jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea li kienet mibnija fuq kulturi diversi u li kienet marbuta li tirrispetta id-diversita’ fil-kulturi u l-identitajiet. Hu qal li l-kultura tagħna kienet tagħżilna minn kull nazzjon ieħor u tagħmilna Maltin.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-akkwist ta’ l-Indipendenza 40 sena ilu wassal għal rinaxximent kulturali u artistiku għaliex il-Maltin fehmu mill-ewwel li l-arti Maltija kienet l-aqwa reklam għal pajjiżna u kienet tidentifikana minn popli oħra. Hu qal li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea wasslet għal rinaxximent ġdid fl-oqsma kulturali u artistiċi għaliex illum qegħdin mill-ġdid nifhmu li rridu nsostnu l-identita’ tagħna f’Ewropa b’popolazzjoni ta’ 450 miljun.    

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern mhux jibqa’ lura milli jibni l-infrastruttura meħtieġa biex l-artisti tagħna jesprimu lilhom infushom. Hu qal li b’investiment ta’ Lm4.6 miljun il-Gvern biddel l-Kavallier ta’ San Ġakbu – post li kien mitluq, umdu u fi stat tal-biki – f’Ċentru għall-Kreattivita’ fejn l-artisti tagħna jistgħu jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom. Hu qal li t-Teatru Manoel u ċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran ukoll kienu qed jagħtu sehem importanti għal dan  ir-rinaxximent. Sehem li xtaq jara jikber anke bl-introduzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda għall-artisti tagħna. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern qed ipoġġi wkoll għad-diżpożizzjoni ta’ artisti Maltin u kumpanniji teatrali postijiet bħal Forti Sant’Iermu ,  il -Forti Sant’Anġlu u s-swar ta’ San Ġwann fil-Belt. Hu qal li dawn il-postijiet storiċi, u oħrajn,  kienu joffru “backdrop” naturali u mill-aqwa għal attivitajiet kulturali, artistiċi u teatrali.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-wirja li kien qed itella’ Mario Portelli kienet waħda bażata fuq il-fantasija li kien jispeċjalizza fiha dan l-artist. Hu qal li Portelli kien ġej minn familja bi storja ta’ artisti u ttella’ fl-arti sa minn żgħir ħafna. Dan għenu jiskopri t-talenti tiegħu fil-qasam artistiku li komplew tħeġġu minn artisti Maltin li taħthom tgħallem u pperfezzjona l-arti u d-disinn.  

Francis Zammit Dimech qal li Mario Portelli pproduċa disinji għall-palk għal festivals tad-drama u l-kanzunetta, posters għal diversi produzzjonijiet, disinji għal souvenirs tipiċi, disinji għal effetti multi-viżwali.  Hu qal li din il-varjeta’ ta’ disinji għamlet minn Mario Portelli artist,  li llum qed jispeċjalizza fl-arti tal-fantasija.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li kulmin iżur din il-wirja jifhem kemm f’pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tiegħu, għandna varjeta’ ta’ talenti li qed jikkontribwixxu biex pajjiżna jsaħħaħ l-identita’ tiegħu u jikber bħala nazzjon sovran. Hu awgura lil Mario Portelli kull suċċess fil-ħidma artistiku li qed iwettaq.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow