Left arrow Mur Lura

DAĦLET FIS-SEĦĦ IS-SEZZJONI KRIMINALI FIL-QORTI TAL-FAMILJA.

PR1375
Date Icon 03/09/2004

Wara li tard is-sena li għaddiet bdiet taħdem il-Qorti tal-Familja, issa daħlet fis-seħħ ukoll is-sezzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati li tieħu ħsieb kawżi kriminali konnessi mal-familja. Dan ħabbru l-Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr Tonio Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret illum fil-Berġa ta’ Aragona, fil-Belt Valletta .

Għalhekk illum kawżi kriminali li fihom hemm l-konjuġi jew uliedhom konnessi, m’għadhomx jinstemgħu fis-seduta tad-distrett mal-kawżi l-oħra, iżda separatament. Dan għax hija l-intenzjoni tal-Gvern li jagħti xeħta iktar umana lil kawżi fejn tidħol il-familja, speċjalment fejn jidħlu it-tfal.  

Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jipprova kemm jista jkun jifred reati relatati mal-familja mir-reati  u kontravenzjonijiet imsejħa ‘tad-distrett’ biex dawn ma jispiċċawx jintilfu u ma jingħatawx l-attenzjoni li jixirqilhom. B’din il-bidla dawn ir-reati issa qed jinġabru taħt Maġistrat wieħed u mhux imxerrda mal-kawżi tad-distretti differenti ta’ Malta. B’hekk il-kunċett tal-Qorti tal-Familja fil-kamp ċivili qed jiġi estiż għall-kamp kriminali.  

B’tibdil fid-dimirijiet magħmula mill-Prim Imhallef, numru ta’ reati u kontravenzjonijet li jiġu kommessi bejn l-miżżewġin u bejn l-membri tal-familja, ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Anthony J. Vella u bil-Magistrat Dr Abigail Lofaro bħala sostitut għal kawżi li l-Maġistrat Vella ma jistax jieħu konjizzjoni tagħhom il-Magistrat Vella.  

Minn Lulju, dawn id-delitti u reati bdew jinstemgħu quddiem din is-sezzjoni tal-Qorti tal-Familja: 

·        Meta ġenitur jħalli lil ulied jew lill-parti l-oħra fiż-żwieg fil-bżonn (paragrafu (y) tal-Artiklu 338)

·        Meta konjugi ma jħallas lill-konjugi l-ieħor l-manteniment kif stabbilit f’kuntratt ta’ separazzjoni jew f’digriet jew sentenza tal-Qorti (paragrafu (z) tal-Artiklu 338)

·        Meta l-ulied jħallu fil-bżonn lill-ġenituri (paragrafu (aa) tal-Artiklu 338)

·        Meta konjuġi ma josservax l-ordni tal-aċċess kif stabbilit f’kuntratt ta’ separazzjoni jew f’digriet jew sentenza tal-Qorti (paragrafu (ll) tal-Artiklu 338)

·        Meta wieħed iħebb għall-ieħor sabiex jingurjah, jdejjaq jew jagħmel ħsara u dan limitat biss meta jkun hemm l-konjuġi bejniethom jew xi ħadd minn uliedhom involuti (paragrafu (d) tas-subartiklu wieħed tal-Artiklu 339)

·        Meta wieħed jinġurja jew jhedded u dan limitat biss meta jkun hemm l-konjuġi bejniethom jew xi ħadd minn uliedhom involuti (paragrafu (e) tas-subartiklu wieħed tal-Artiklu 339)

·        Meta parti fiż-żwieġ tonqos milli milli tieħu ħsieb kif jeħtieġ lit-tfal (paragrafu (j) tas-subartiklu wieħed tal-Artiklu 339)

·        Reat ta’ offiża ħafifa fuq il-persuna (li ma tkunx aggravata skond s-subartikolu (2) tal-artikolu 221 tal-Kodici Kriminali) meta l-offiża tkun saret kontra l-konjuġi mill-konjuġi l-ieħor jew meta issir fuq l-minuri.  

Kif kulħadd jaf, diġa sar mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta, l-Onor. Dolores Cristina l-ewwel qari ta’ Abbozz ta’ Liġi li jikkontrolla l-Vjolenza Domestika u għalhekk id-dħul fis-seħħ tas-sezzjoni kriminali fil-Qorti tal-Familja huwa mistenni li jibda’ t-triq li għandha tissaħħah iktar il-quddiem meta dak l-abbozz jsir finalment liġi.  

Fuq l-esperjenza li tiġi miġbura mill-ħidma ta’ din il-Qorti wieħed jkun jista` jibni aħjar għall-futur.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow