TTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITORJA"
It-Tlieta, 7 ta' Settembru 2004
11.30 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Forti Sant’ Anglu, Birgu, il-Monument tal-Vittorja, Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.
Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta
| 18.30 hrs | Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Bieb il-Belt għall-Misraħ l-Assedju |
| 18.50 hrs | Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tal-Band Master, Warrant Officer Ivan Joe Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir. |
| 19.00 hrs | Wasla tal-mistednin distinti |
| 19.12 hrs | Wasla ta' l-Prim Ministru |
| 19.15 hrs | Programm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul is-serata ssir disors kommemorattiv minn Dott. Ray Bondin. Lejn l-aħħar tas-serata jsir it-Tqegħid ta' Kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Jmexxu s-serata s-Sur Charles Coleiro u s-Sinjorina Monica Attard. |
INNU NAZZJONALI
L-Erbgħa, 8 ta' Settembru, 2004
"JUM IL-VITORJA"
Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann
| 09.00 hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta |
| 09.12 hrs | Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Ġwann, Valletta |
| 09.18 hrs | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 09.21 hrs | Wasla ta' l- Prim Ministru |
| 09.25 hrs | Wasla ta' l-E.T. il-President ta' MaltaJingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur |
| 09.30 hrs | Quddiesa Pontifikali u kant tat- "Te Deum" |
| 10.40 hrs | Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta |
Regatta fil-Port il-Kbir
14.00 hrs Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, li fiha il-"clubs" tar-Regatta affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma il-Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett jikkompetu f'Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewġt imqadef; Fregatini b'zewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'zewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija “Open” u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “Reserves” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazzjoni tas-shield mill-Ministru Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turizmu u l-Kultura.
Stqarrijiet Oħra:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951