Left arrow Mur Lura

RISPONS TAJJEB GHALL-KORS TA' L-GHARBI

PR1368
Date Icon 02/09/2004

Wara li aktar kmieni din is-sena l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ħabbar kors fl-Universita’ li jwassal għal diploma fl-Għarbi Funzjonali applikaw mat-80 persuna bejn dawk li għażluh bħala l-ewwel preferenza u dawk li għażluh bħala t-tieni preferenza.  Mis-settur pubbliku applikaw 14-il uffiċjal li ġejjin minn oqsma differenti tal-Gvern.  

Fil-fażi li jmiss l-Universita’ se tgħarbel l-applikazzjonijiet u eventwalment tagħżel lil dawk li se jsegwu l-kors f’Ottubru li ġej.

F’kumment, il-Ministru Louis Galea qal li din hi biss waħda mill-inizjattivi li l-Gvern qed jieħu biex jippromwovi l-lingwa Għarbija f’Malta.  Hemm ukoll il-ħsieb li jittieħdu inizjattivi oħra biex jiżdied in-numru ta’ studenti li jieħdu l-lingwa Għarbija fil-livelli sekondarji u post-sekondarji.  

Il-Kors hu mfassal apposta b’sitwazzjonijiet u vokabularju li jgħinu lil-persuni mid-dinja tax-xogħol biex ikunu jistgħu jikkomunikaw effettivament bl-Għarbi fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom.  Il-kors hu wieħed full-time u l-ħaddiema taċ-Ċivil li jagħżlu li jeħduħ se jitħallew jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom għal jumejn sħaħ fil-ġimgħa biex ikunu jistgħu jattendu għall-lezzjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow