RISPONS TAJJEB GHALL-KORS TA' L-GHARBI
Wara li aktar kmieni din is-sena l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ħabbar kors fl-Universita’ li jwassal għal diploma fl-Għarbi Funzjonali applikaw mat-80 persuna bejn dawk li għażluh bħala l-ewwel preferenza u dawk li għażluh bħala t-tieni preferenza. Mis-settur pubbliku applikaw 14-il uffiċjal li ġejjin minn oqsma differenti tal-Gvern.
Fil-fażi li jmiss l-Universita’ se tgħarbel l-applikazzjonijiet u eventwalment tagħżel lil dawk li se jsegwu l-kors f’Ottubru li ġej.
F’kumment, il-Ministru Louis Galea qal li din hi biss waħda mill-inizjattivi li l-Gvern qed jieħu biex jippromwovi l-lingwa Għarbija f’Malta. Hemm ukoll il-ħsieb li jittieħdu inizjattivi oħra biex jiżdied in-numru ta’ studenti li jieħdu l-lingwa Għarbija fil-livelli sekondarji u post-sekondarji.
Il-Kors hu mfassal apposta b’sitwazzjonijiet u vokabularju li jgħinu lil-persuni mid-dinja tax-xogħol biex ikunu jistgħu jikkomunikaw effettivament bl-Għarbi fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Il-kors hu wieħed full-time u l-ħaddiema taċ-Ċivil li jagħżlu li jeħduħ se jitħallew jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom għal jumejn sħaħ fil-ġimgħa biex ikunu jistgħu jattendu għall-lezzjonijiet.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en