ATT TA’ VANDALIŻMU FUQ IS-SIT TA’ TĦAWWIL TA’ SIĠAR FIL-MELLIEĦA
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent flimkien ma’ ‘Birdlife (Malta)’ u ‘Din l-Art Ħelwa’, imsieħba fil-proġett Foresta 2000, jikkundannaw l-att kodard ta’ individwu jew individwi li kmieni nhar l-Erbgha filgħodu, qalgħu u kissru siġar zgħar, u li warajhom ħallew ħafna ħsara fil-progett ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Mellieha.
Ir-‘ranger’ li jgħasses dan is-sit, sab ’il fuq minn 100 siġra zgħira maqlugħin u wħud imkissra. Kien hemm ukoll diversi ħsarat oħra fis-sinjali u fil-wire li jdawwar dan is-sit. Fost is-siġar mizrugħa kien hemm il-bruk, żnuber, il-ballut u l-għargħar (is-siġra nazzjonali ta’ Malta). Ħafna minn dawn is-siġar zgħar kienu mizrugħa s-sena l-oħra minn tfal ta’ l-iskola.
Proġetti ta’ tħawwil ta’ siġar bħal ma hija Foresta 2000 huma ta’ importanza għall-pajjiżna. Minn meta beda dan il-proġett fis-sena 2000, kien hemm diversi atti ta’ vandaliżmu ta’ dan it-tip, f’dan is-sit partikolari. Dan il-vandaliżmu huwa ta’ detriment għall-ħidma kontinwa li qed titwettaq mill-gvern li qed jaħdem id f’id ma’ l-ghaqdiet non governattivi.
L-imsieħba f’dan il-proġett jappellaw lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-att vandalu sabiex jikkuntattja lill-puluzija minnufih.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en