Left arrow Go Back

ATT TA’ VANDALIŻMU FUQ IS-SIT TA’ TĦAWWIL TA’ SIĠAR FIL-MELLIEĦA

PR1362
Date Icon 02/09/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent flimkien ma’ ‘Birdlife (Malta)’ u ‘Din l-Art Ħelwa’, imsieħba fil-proġett Foresta 2000, jikkundannaw l-att kodard ta’ individwu jew individwi li kmieni nhar l-Erbgha filgħodu, qalgħu u kissru siġar zgħar, u li warajhom ħallew ħafna ħsara fil-progett ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Mellieha. 

Ir-‘ranger’ li jgħasses dan is-sit, sab ’il fuq minn 100 siġra zgħira maqlugħin u wħud imkissra. Kien hemm ukoll diversi ħsarat oħra fis-sinjali u fil-wire li jdawwar dan is-sit.  Fost is-siġar mizrugħa kien hemm il-bruk, żnuber, il-ballut u l-għargħar (is-siġra nazzjonali ta’ Malta). Ħafna minn dawn is-siġar zgħar kienu mizrugħa s-sena l-oħra minn tfal ta’ l-iskola. 

Proġetti ta’ tħawwil ta’ siġar bħal ma hija Foresta 2000 huma ta’ importanza għall-pajjiżna. Minn meta beda dan il-proġett fis-sena 2000, kien hemm diversi atti ta’ vandaliżmu ta’ dan it-tip, f’dan is-sit partikolari.  Dan il-vandaliżmu huwa ta’ detriment għall-ħidma kontinwa li qed titwettaq mill-gvern li qed jaħdem id f’id ma’ l-ghaqdiet non governattivi.  

L-imsieħba f’dan il-proġett jappellaw lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-att vandalu sabiex jikkuntattja lill-puluzija minnufih. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow