Left arrow Go Back

INAWGURATA FERGĦA ĠDIDA TAL-MALTAPOST F’BUĠIBBA

PR1360
Date Icon 01/09/2004

Il-Maltapost għaddejja minn proċess ta’ tiġdid, proċess li qed jara l-fergħat tagħha jittrasformaw f’ċentri li joffru servizz u informazzjoni lill-pubbliku. Dan qalu l-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni meta kien qed jkellem lil dawk preżenti fil-ftuħ tal-fergħa tal-Maltapost fi Triq it-Turisti Buġibba. 

Il-fergħa tal-Maltapost f’Buġibba mhux biss ser isservi biex toffri servizzi postali imma anki tkun ta’ benefiċċju għal turisti li għandhom bzonn informazzjoni. Fil-fatt fil-futur qarib, skond il-policy tal-kumpanija li toffri konvenjenza lill-komunità, il-Maltapost qed tippjana li twaqqaf tourist-info provision service f’dan il-branch.  

Il-Minstru Austin Gatt qal li l-okkażjoni tal-lum tixhed il-proċess li tinsab għaddejja minnu l-Maltapost, fejn qed taġġorna ruħha ghaż-żminijiet. Ghalkemm it-tendenza hi li l-volum tal-posta dejjem jonqos, il-preżenza ta’ operatur postali fil-komunità hija importanti ħafna speċjalment minħabba servizzi ġodda bħal-ħlas ta’ kontijiet ta’ entitajiet differenti, money transfers, bejgħ ta’ phone cards u merchandise ieħor apparti s-servizzi normali tal-posta.  

Il-Ministru Gatt kompla li huwa importanti li l-Maltapost tħares ’il quddiem u tidħol f’oqsma li jagħmlu sens għaliha. Il-management il-ġdid, issa li ħafna mir-ristrutturar tlesta, irid jara’ kif jiżviluppa serviżżi ġodda u bżonnjużi ghaż-żmienijiet tal-lum. Mhux biss iżda toffri servizzi ġodda speċjalment f’oqsma fejn l-Maltapost tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm ghaċ-cittadin kif ukoll għall-kumpaniji u tersaq iktar qrib lejn iċ-ċittadin biex dan ikun jista’ jinqeda aħjar kif fil-fatt qed tagħmel bil-ftuh ta’ branch f’ Bugibba.  

Intant, il-Ministru għall Kompettitività u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea, li għandu r-responsbilità tal-qasam regolatorju tal-posta, faħħar l-inizjattiva tal-Maltapost li tiftaħ fergħa oħra f’żona fejn kien hemm żvilupp urban sostanzjali fl-aħħar snin. Il Ministru Galea qal li dan l-iżvilupp wassal m’hux biss biex din iż-żona kompliet tistabilixxi ruħha bħala waħda ewlenija għall-qasam turistiku imma l-iżvilupp fisser ukoll li l-popolazzjoni ta’ din-il-lokalità kibret ukoll u għalhekk inħass il-bżonn li tinfetaħ din il-fergħa ġdida tal-posta. “Din il-fergha ser taqdi aħjar, kemm lir-residenti ta’ dawn l-inħawi, kemm lit-turisti u kif ukoll lis-sidien ta’ l-istabilimenti” qal il-Ministru Galea.  

Il-Ministru għall Kompetittività u Komunikazzjoni assigura ukoll li l-fergħa l-oħra li tinsab f’San Pawl il-Baħar ser tibqa miftuħa ukoll. Hu qal li l-lokalità ta’ San Pawl tant kienet kibret li hemm lok għaż-żewg ferghat li jagħtu servizz tagħhom u dan għaliex hemm distanza konsiderevoli bejn fergħa u oħra.  

Preżenti għal din l-attività kien hemm iċ-CEO il-ġdid tal-kumpanija, Stephen Sultana li ser jieħu post iċ-CEO preżenti Robert Lake mill-1 ta’ Ottubru.  Il-Minsitru Gatt ħabbar ukoll li fil-ġranet li ġejjin, il-Maltapost ser ikollha Sales and Marketing Manager ġdid biex b’hekk il-management team il-ġdid ikun jista’ jibda jiffunzjona.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow