JIBDA D-DJALOGU NAZZJONALI DWAR IR-RIFORMI FL-EDUKAZZJONI
opportunitajiet fis-soċjeta` ta’ tagħlim li qed titrawwem. Malta qed tinbidel minn komunita` lokali maghluqa, li taħdem fiha nnifisha u għaliha nnifisha, għal player reġjonali f’ambjent globali. L-ispazju għall-ħolqien tal-prosperita` hu bla limitu. L-isfruttament tiegħu jiddependi biss mill-intelliġenza, l-innovazzjoni u l-impenn tagħna. Għal dan kollu, l-edukazzjoni hi l-aqwa għodda.” Dan kien il-qofol tal-messaġġ ta’ l-Onor. Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, meta dalgħodu nieda proċess ta’ djalogu nazzjonali dwar ir-riformi li qed jiġu mfassla fl-edukazzjoni.
Louis Galea kien qed ikellem lill-ogħla uffiċjali responsabbli għall-edukazzjoni f’Malta u Għawdex f’laqgħa li saret f’Dar il-Mediterran. Il-laqgħa kienet indirizzata mid-Direttur Ġenerali il-ġdid, Dr. Cecilia Borg u mis-Segretarju Permanenti, is-Sur Charles Mizzi. Fil-laqgħa hadu sehem id-Diretturi, l-Assistenti Diretturi u l-Uffiċjali Edukattivi tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Ministru Galea fisser li l-ftehim li l-Gvern u l-MUT iffirmaw din il-ġimgħa jagħmel mhux biss ġieh lill-klassi tal-edukaturi Maltin, iżda jiftaħ fażi ġdida fir-riformi meħtieġa fis-sistema edukattiv. Huwa appella biex kulħadd iħaddan b’urġenza u impenn l-isfidi u l-opportunitajiet li qed iġib miegħu l-kapitolu l-ġdid fl-istorja ta’ Malta, riżultat tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fl-edukazzjoni dan ifisser li kullħadd irid jirrealizza r-realta` l-ġdida li għaliha rridu nedukaw lill-poplu tagħna u lill-uliedu.
Il-Ministru Galea sostna li għalkemm il-qasam ta’ l-edukazzjoni huwa responsabbilita` sħiħa tal-Gvern Malti, xorta waħda ser ikollna miri stabbiliti għall-pajjiżi Ewropej kollha, biex l-Unjoni Ewropea tkabbar u timmodernizza l-ekonomija tagħha għall-aqwa waħda fid-dinja.
Sal-2010, l-Unjoni Ewropea qed timmira li 85% ta’ dawk li jkollhom 22 sena ikollhom għall-anqas edukazzjoni sekondarja għolja (il-livell post-sekondarju f’Malta); li jkun hemm anqas minn 10% li jitilqu mill-iskola qabel 18-il sena; li 12.5% mill-adulti jkunu qed jieħdu sehem fi programmi ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja; li nżidu l-gradwati fil-Matematika, ix-Xjenza u t-Teknologija bi 15%; u li f’dawn l-oqsma nassiguraw li jkollna bilanċ ħafna aħjar bejn irġiel u nisa. Il-Ministru Galea sostna li avolja dawn huma miri diffiċli għal kull pajjiż li qed jiżviluppa fi ħdan l-UE, xorta huwa dmir tagħna li naħdmu għalenija ħalli nersqu viċin tagħhom kemm jista` jkun.
Il-Ministru Galea fisser li m’hawn ħadd li ma jirrikonoxxix l-iżviluppi kbar li seħħew fl-edukazzjoni. Iżda ma nistgħux nikkuntentaw li ġibna edukazzjoni għal kulħadd. Issa rridu edukazzjoni ta’ KWALITA` għal kulħadd. “Dan ifisser, fost ħwejjeg oħra, li ma nistgħux nibqgħu nitilfu tfal mil-livelli primarji u sekondarji. Irridu nifthu qalbna aktar ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali biex anke dawn igawdu mill-investiment kbir li qed isir fl-iskejjel. Irridu nsibu tarf il-problemi ta’ tagħlim li qed jaffaċċjaw l-iskejjel sekondarji tagħna. Irridu nimmodernizzaw l-ambjenti fiżiċi ta’ l-iskejjel tagħna”, sostna Louis Galea.
Il-Ministru Galea qal li biex nilħqu dawn il-miri jenħtieġ bidla fil-kultura u qabza fl-assikurazzjoni tal-kwalita`. “Il-ftehim li ntlaħaq mal-MUT din il-ġimgħa ifisser li intom tiffurmaw it-team nazzjonali ta’ mexxejja fl-edukazzjoni ta’ Malta. Ifisser li lkoll irridu nadottaw mentalita` ta’ professjonaliżmu li jixraq lil min hu fil-livell ta’ fuq ta’ tmexxija (top management mindset). Ifisser impenn sħiħ għat-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Hu għalhekk li qed nimpenjaw ruhna li nadottaw proċeduri ta’ analiżi tar-riżultati tal-ħidma tagħna (performance review procedures); ta’ verifika edukattiva ta’ l-iskejjel (school educational audit); u ta’ sistema ta’ awtonomija għall-iskejjel. Il-Gvern qed jaħdem ukoll li jagħti lill-iskejjel l-appoġġ li jkollhom bżonn biex jilħqu dawn il-miri.
Louis Galea qal li fid-djalogu nazzjonali tul ix-xhur li ġejjin, huwa ser isieħeb lil kulħadd – studenti, ġenituri, għalliema, l-imsieħba soċjali u s-soċjeta` ċivili kollha kemm hi. “L-aġenda hi ambizzjuza iżda ta’ fejda. Ser inħarsu lejn l-edukazzjoni fil-fażijiet kollha tagħha, mill-aktar eta’ bikrija ’l quddiem, iżda mil-lenti ta’ esperjenza li ma taqta’ xejn skond l-istrateġija tat-Taghlim Tul il-Hajja. B’hekk noħolqu poplu li ma jieqaf u ma jgħejja qatt jitgħallem. Din hi ir-riċetta ta’ ekonomija dinamika li tkattar l-impjiegi u l-prosperita`. Dan hu x’ser jagħmel lil Malta player reġjonali f’ambjent globali.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en