JITKOMPLA L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-MIRI STRATEĠIĊI TAL-POLITIKA BARRANIJA MALTIJA
Nru:1356
JITKOMPLAL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-MIRI STRATEĠIĊI TAL-POLITIKA BARRANIJAMALTIJA
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr.Michael Frendo illum kompla bil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-MiriStrateġiċi tal-Politika Barranija Maltija waqt laqgħa ma’ l-Ambaxxaturi Maltinmhux residenti fil-pajjizi akkreditati għalihom.
F’intervent li għamelfil-bidu ta’ din il-Laqgħa, il-Ministru Frendo qal lidan l-eżerċizzju huwa importanti minħabba li issaMalta għandha quddiema realta’ ġdida ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Frendo qalli din ir-realta’ ġdida għandhatitqiegħed fil-qalba tad-diskussjoni li se twassal għall-identifikazzjoni tal-miri strateġiċital-politika barranija ta’ Malta. “Din ir-realta”, qal il-Ministru Frendo, “żiedetir-relevanza politika tagħna ankema’ pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-Unjoni Ewropea”.
Waqt il-laqgħa,il-Ministru Frendo ħabbar li l-Ministeru kien se jitlob lill-Ambaxxaturi mhuxresidenti sabiex jissottomettu pjan ta’ ħidma għas-sena ta’ wara biexil-Ministeru jkun f’pożizzjoni li jalloka l-fondi meħtieġa. Dan il-pjan ikunikkunsidrat abbażi ta’ analiżi ta’ “cost-benefit” għall-attivita’ fil-pajjiżpartikolari.
Din il-laqgħakienet it-tielet stadju tal-proċess ta’ konsultazzjoni li se jwassal biex ikunapprovat id-dokument dwar il-Miri Strateġiċi tal-Politika Barranija Maltijawara li f’Lulju kienet saret laqgħa għolja ma’ l-Ambaxxaturi Maltin residenti barra l-pajjiżflimkien ma’ l-ogħla uffiċjali tal-Ministeruta’ l-Affarijiet Barranin. It-tieni stadju ta’ dan il-proċess sar b’modelettroniku fejn il-membri kollha tal-korp diplomatiku ntalbu jagħtu l-kummenti tagħhomdwar dawn il-miri strateġiċi.
DOI –31.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en