SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR TONIO BORG, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, FIL-FTUĦ TA’ SEMINAR DWAR IS-SITWAZZJONI PREŻENTI TAR-REFUĠJATI – HAL LUQA – IT-TLIETA, 31 TA’ AWISSU 2004
Nru. 1355
SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR TONIO BORG, VICI PRIM MINISTRU UMINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, FIL-FTUĦ TA’SEMINAR DWAR IS-SITWAZZJONI PREŻENTI TAR-REFUĠJATI – HAL LUQA – IT-TLIETA, 31TA’ AWISSU 2004
Il-bniedem minn dejjem terraqmadwar id-dinja jfittex ħajja aħjar u iktar sigura u l-migrazzjoni umanahija qadima daqs l-istess bniedem. Dan għadujgħodd illumukoll. Skond l-aħħar ċifri ppublikati mill-UNHCR,l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati, in-numru ta’ displaced persons, madwar id-dinja jlaħħaq ftit inqas minn 20 miljun liminnhom kważi 5 miljuni huma persuni minn pajjiżi Afrikani li qed ifittxu ħajjaaħjarfl-Ewropa. Minkejja t-tbatijiet li jiltaqgħu magħhom,miljuni ta’ emigranti jitliqu minn pajjizhom kull sena, jew għax persegwitati minħabba reliġjoni jew politika, minħabba li f’pajjiżhom hemm gwererċivili, faqar u ħafnadrabi biex ifittxu ħajjaaħjarf’pajjiżi iktar sinjuri.
F’dawn l-aħħar snin Malta ukoll iffaċċjatil-problema ta’ immigrazzjoni illegali. Għadd konsiderevoli ta’ immigranti li jkunu telqumix-xtut ta’ l-Afrika ta’ Fuq wara vjaġġi twal minn pajjiżi iktar l-isfelmis-Sahara, li ħafnadrabi jkunu jridu jaslu l-Ewropa, għal diversi raġunijiet, bħal maltemp jew ħsarat fl-inġenji, jaslu Malta. Minħabba ċ-ċokon tagħna dan joħloq problemi. Biżżejjed wieħed jiftakar li fis-sena 2002 mhuxinqas minn 1680 immigrant irregolari niżlu f’pajjiżna, nofs l-ammont ta’ twelidkull sena f’Malta. Jekk wieħed jikkomparah ma’ l-Italja danifisser li qisu niżlu 168,000 immigrant irregolari fi Sqallija.
Dan ġara sentejn ilu meta l-forzitaż-żamma ta’ l-ordni, l-iktar l-Armata u l-Pulizija, kienu iffaċċjati bi kriżimeta mijiet ta’ immigranti illegali bdew jaslu regolarment fuq xtutna.Il-pajjiż ma kienx ippreparat, għax sa dak iż-żmien kienu jaslu ftit għexieren ta’ immigranti. Fil-fattil-Gvern kien għadukemm fetaħċentru ta’ detenzjoni biex jaqdi l-ħtigijiet ta’ dawn il-persuni, ċentru li kien mgħammar f’kollox iżda li kien immiratgħalmadwar mitt persuna biss. Il-wasla ta’numru daqshekk kbir ħoloqproblemi kbar, iktar u iktar għaxkien fenomenu li qatt ma konna rajna bħalu qabel.
Sa sitt snin ilu r-refugjati jew dawk liqed ifittxu stat ta’ refugjat f’Malta ma kellhom l-ebda dritt. Sal-1998 ma kienhemm l-ebda liġi dwar li tħaresid-drittijiet ta’ refuġjat - kull refuġjat kien meqjus bħala ħaddiem barrani mingħajr permess tax-xogħol. Id-deċiżjoni jekk persuna tkunxjistħoqqilhatikseb l-istatus ta’ refuġjata kienet tieħdu l-UNHCR f’Ruma.
Meta fl-2000 ħareg l-Att dwar ir-Refuġjati, fostoħrajndawn ingħatawdawn id-drittijiet :
· majistax jitkeċċa minn Malta sakemm għadhom għaddejjin il-proċeduri
· jinħeles hekk kif jingħatlu l-istatus ta’ refuġjat
· drittgħas-servizzta’ saħħau edukazzjoni b’xejn
· drittbiex jingħaqadmal-familja
· assistenzasoċjali
· drittgħaldokument ta’ l-ivvjaggar
· ud-dritt li jaħdem
F’Ottubru ta’ l-2001 kien inħatar l-ewwel Kummissarju għar-Refuġjati u twaqqaf il-Bord ta’l-Appell. Il-każijiet ma baqgħuxjinstemgħufl-Italja iżda bdew jinstemgħuf’Malta u dan fisser li l-proċeduri tħaffew konsiderevolment. Il-kriterji użati huma dawktal-UNHCR u kull applikazzjoni tigi studjata u meqjusa individwalment.
Minn Jannar 2002 sa l-aħħar ta’ Lulju 2004 il-Kummissarju għar-Refugjati iproċessa 1164 każ likienu jinvolvu 1431 persuna. 756 persuna ngħataw xi tip ta’ protezzjoni (jew status ta’ refuġjatjew protezzjoni umanitarja) fil-waqt li 545 persuna ġew rifjutati.
Minkejja li forsi Malta tidher li żżomm idiebsa ma’ l-emigranti irregolari, wieħed irid jgħid li pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ aċċettazzjoni fl-Ewropa, b’medja ta’ 53%,li jfisser li minn kull mitt persuna li tapplika għal stat ta’ refuġjat jew għal protezzjoni umanitarja 53 jingħataw xi forma ta’ protezzjoni.
Sas-sajf l-ammont ta’ immigrantif’detenzjoni kien ta’ 100. Dan għax kien tħaffef il-proċess, ripatrijazzjoni u għadd ta’ immigrantiirregolari kienu nħelsu wara żmien konsiderevoli f’detenzjoni fuq bażiumanitarja. Bil-wasla ta’ iktar immigranti fil-ġimgħat li għaddew dan in-numrutela għal 500.
Il-kriżi linistgħu niffaċjaw fil-futur ser tiġi trasferita miċ-ċentri ta’ detenzjoni għaċ-ċentrimiftuħa, peress li hu maħsub li ħafna minn dawk li qegħdin fiċ-ċentri ta’detenzjoni ser jingħataw xi forma ta’ protezzjoni. Diġà saru laqgħat biex jiġuidentifikati postijiet fejn jistgħu isiru open centres ġodda. Bħalissa l-Gvern qed isib l-għajnuna ta’ xi NGOs, fosthomil-Kummissjoni Emigranti u l-Laboratorju tal-Paci, li qed jospitaw refuġjati,imma huwa importanti li NGOs u organizzazzjonijietoħrajgħinu.
Il-Gvern, u hawn jeżisti kunsens anki ma’l-Oppożizzjoni, ser jibqa’ jżomm il-politika tad-detenzjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż. Il-GvernMalti wera li huwa ħaninma’ min għandubżonn, iżda iebes ma’ min ma ħaqquxprotezzjoni. Dan ser nibqgħunagħmluħ.
Bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna saril-fruntiera t’isfel ta’ l-Ewropa u l-pożizzjoni geografika tagħna tefgħet fuqna piż ġdid. Il-problema ta’immigrazzjoni illegali hija fuq l-aġenda ta’ l-Unjoni Ewropea ukoll. Tista’ tgħid li f’kull laqgha tal-Ministrita’ l-Intern ta’ l-Unjoni Ewropea tiġi diskussa s-sitwazzjoni. Huwa ta’ ġid għal Malta li l-Kummissarju l-ġdidtal-Ġustizzja u l-Intern huwa Rocco Buttiglione, Taljan li jifhem sewil-problemi li l-influss ta’ klandestini qed joħloq fuq iż-żewg pajjiżi. Fi ftitġranet oħraser niltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Intern Taljan Giuseppe Pisanu u ser niddiskutul-aħħarżviluppi, fosthom il-proposta li jinħolqu ċentri f’pajjiżi mhux Ewropej fejn jiġuipproċessati applikazzjonijiet ta’ immigranti li jridu jmorru l-Ewropa, ankifil-possibiltà li kull pajjiz fl-Ewropa jkollu kwota ta’ kemm jista’ jaċċettaimmigranti.
Minkejja ċerti nuqqasijiet, pajjiżna werafil-passat u qed ikompli juri llum, solidarjetà ma’ min qed jaħrab minn persekuzzjoni politika jewreliġjuża. Malta ser tkompli twettaq l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha, billi żżomm it-triq tan-nofs –li tkun ġeneruza u jkollha qalb kbira ma’ min għandu bżonn iżda fl-istess waqtiebsa ma’ min ma jistħoqluxdin il-protezzjoni.
DOI 31.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en