Left arrow Go Back

TITĦABBAR SKEMA TA’ ĦLAS TAL-LIĊENZJI TAN-NEGOZJU FL-UFFIĊĊJI TAL-MALTAPOST

PR1354
Date Icon 31/08/2004

IT-TLIETA:  31 TA’AWISSU 2004

NRU.1354

TitĦabbar skema ta’ ħlas tal-liċenzjitan-negozju fl-uffiċĊji tal-Maltapost

Is-SegretarjatParlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, b’kollaborazzjoni mal-Maltapost, ħabbar skema li biha dawk il-persunili għandhom liċenzja tan-negozju u li ghal xi raġuni għadhom ma ħallsuxl-ammont dovut, ser ikunu jistgħu jagħmlu dan billi jmorru fil-fergħattal-Maltapost plc.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar danwaqt li kien qiegħed jitkellem f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Head Office tal-Maltapost, u li għalihakien hemm preżenti wkoll id-Direttur tat-Trade Licensing Unit flimkien ma’uffiċjali tal-Maltapost.  Din l-iskemagħandha bħala skop:

·      is-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-ġbir ta’ flus dovuti lill-Gvernb’metodu, 

·      li tiġi aġġornata d-databaseta’ dawk il-persuni li għandhom liċenzja tan-negozju

·      u li minn fuq din id-databasejinħarġu l-avviżi tal-ħlas (LMS). 

Din l-iskema hija maħsuba li tgħin sabiex ikunaċċertat li jkun eżerċizzju li permezz tiegħu dawk kollha li għandhom liċenzjatan-negozju ikun qed jintbagħatilhom l-avviż tal-ħlas.

Din l-iskema toffri opportunita` lil dawk il-persunili rċevew avviż ta’ ħlas u għadhom ma ħallsux il-liċenzja, kif ukoll lil dawkis-sidien tan-negozji li għandhom liċenzja u li f’dawn l-aħħar xhur qatt marċivew avviż ta’ ħlas u ghad m’għandhomx il-liċenzja mħallsa. 

Dawn is-sidien tan-negozji ser ikollhomil-possibilita` li jmorru f’kull waħda mill-31 fergħa tal-Maltapost u jħallsuhemmhekk.  Magħhom iridu jieħdu kopjatal-liċenzja oriġinali, l-irċevuta ta’ l-aħħar pagament, u kopja ta’ l-avviżtat-tiġdid. 

…/…

Il-persuna li tkun marret fil-fergha tal-Maltapostbiex taghmel il-ħlas trid imbaghad tħallas il-pagament kollu, inkluż jekk ikunhemm arretrati.  Jekk il-persuna majkolliex kopji tad-dokumenti msemmija, ma tkunx tista’ tħallas, u allurajkollha tmur direttament għand it-TradeLicensing Unit f’Lascaris.  Permezzta’ din l-iskema, bl-għajnuna tal-Maltapost, it-Trade Licensing Unit qiegħed iniedi eżerċizzju li permezz tiegħuqiegħed jaġġorna d-database ta’ dawkil-persuni li għandhom liċenzja tan-negozju.

“Skond il-liġi li tirregola l-ħruġ tal-liċenzjitan-negozju, it-TLU seta’ għażel li jħarrek lil dawk il-persuni li minkejja lirċevew l-avviż tal-ħlas, xorta ma ħallsux. Seta’ għamel l-istess ma’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra, manfurmawx lill-istess Dipartiment b’xi tibdil fl-informazzjoni rigwardil-liċenzja. 

Minkejja dan,il-Gvern, permezz ta’ dan id-Dipartiment, ma għażilx li jħarrek iżda li jkomplijissimplifika l-proċeduri li permezz tagħhom jinġabar il-ħlas.  Iżda issa, wara din l-iskema, il-Gvern majibqgħalux għażla oħra ħlief li juża d-drittijiet li tagħtieh il-liġi biex ikunaċċertat li l-ħlas tal-liċenzja ikun sar”, qal is-Segretarju Parlamentari EdwinVassallo.

Dwar dan is-servizz, is-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo qal ukoll li l-Maltapost diġa` għandha dan it-tip ta’ servizzgħal entitajiet oħra bħalma huma l-Maltacom, il-Water Services Corporation,l-Enemalta, il-VAT, il-Melita Cable u l-On-Vol. B’dan il-ftehim, il-Gvern ikun jista’ joffri huwa wkoll servizz li bihil-klijent jinqeda’ aħjar, u wiehed ma jkollux għalfejn jidħol jagħmel il-ħlastiegħu fil-Belt Valletta, iżda jkun jistgħu jagħmluh bil-kumdita` kollhafl-eqreb fergħa tal-Maltapost.  “B’danil-mod,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Vassallo, “inkunu wkollqegħdin  ngħinu u nsostnu n-negozju.”

Għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet attendew ukollid-Direttur tat-Trade Licensing Unit,is-Sur Saviour Farrugia, ic-ChiefExecutive Officer Designate tal-Maltapost, is-Sur Stephen Sultana, is-Senior Manager Retail, is-Sur EdwinBorg, u l-Product Manager Marketing andBusiness Development, is-Sur Martin Bonavia.

DOI – 31.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow