Left arrow Mur Lura

PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA

PR1351
Date Icon 30/08/2004

Nru:1351

PremjuĦaddiem tas-Sena

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni,Żgħażagħ u Xogħol qed iniedi l-proċess li jwassal għall-għoti tal-Premju Ħaddiemtas-Sena 2004.  Għaldaqstant, il-Kumitat ta’ l-Għażla presedut mis-Sur Anthony Tabone, serjilqa’ nominazzjonijietminn gruppi ta’ mhux anqas minn għaxar ħaddiema, Trade Unions, Min iħaddem uAssoċjazzjonijiet ta’ Min iħaddem u OrganizzazzjonijietVolontarji.  Dawk li diġa’ kienu nominatif’edizzjonijiet preċedenti tal-premju jistgħujerġgħu jiġu nominati.  In-nominazzjonijietse jintlaqgħu sal-15 ta’ Ottubru 2004 u wara li ssirl-għażla mill-kumitat, ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiemtas-Sena 2004 jitħabbar fis-27 ta’ Novembru 2004.

Dettalji dwar dan il-Premjungħataw dalgħodu mill-Ministru responsabbli mix-xogħol waqt konferenzata’ l-aħbarijiet li matulha tħabbrul-ismijiet tal-membri tal-Kumitat ta’ l-Għażlatal-Ħaddiem tas-Sena 2004.  Il-kumitat se jitmexxa mis-Sur Anthony Tabonefilwaqt li l-membri huma Ms. Josephine Attard Sultana, Ms.Matilde Balzan, is-Sur Mario Camilleri, Ms. NicolinaFarrugia, is-Sur Philip Fenech, Ms. Pamela Muscat u s-Sur GaetanoTanti. Is-Segretarja tal-Bord hija Ms. Margaret Abdilla.

Il-kriterji għall-għażla tal-‘Ħaddiemtas-Sena 2004’ huma:

·       Li l-persuna tkun ċittadin u resident ta’Malta;

·       Li jkun qeda’ dmirijietu ta’ ħaddiemb’onesta’ u effiċjenza;

·       Li jkun wera inizjattiva, inġenjożita’ ukreattivita’ f’xogħlu jew għen biex jitkattar it-tisħib tal-ħaddiemafir-responsabbilta’ u l-parteċipazzjoni fit-tmexxija tax-xogħol; jew b’sagrifiċċjupersonali saħħaħ is-solidarjeta’ fost sħabu wiċċ imb wiċċ mal-problemi;  jew b’xi mod jew ieħor iddistingwa ruħubl-għaqda li nissel, bis-servizz u bl-eżempju li ta, bil-kontribut li għamellill-pajjiż, bis-sens ta’ dedikazzjoni li wera għall-ġustizzja u għad-dinjita’tal-ħaddiema, jew bil-ħidma li wettaq biex jippromwovi opportunitajiet indaqsfuq il-post tax-xogħol.

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena beda jingħata sa mill-1988 b’inizjattivatal-Ministru Louis Galea li dak iż-żmien kien Ministrutal-Politika Soċjali.  Ir-rebbieħa kollha tal-Premju s’issakienus-Sur Martin Grasso (1988), Dr Maria Sciberras M.D. (1989), is-SurRichard Farrugia (1990), Ms. Mary Vella  (1991), MsRita Agius (1992), is-Sur Frans H.Said (1993), is-Sur Francis Cachia (1994),is-Sur Mario Sammut (1995), is-Sur Joe Sammut (1996), Ms.Louisette Pace (1997), is-Sur Joseph Caruana (1998), is-Sur Anthony Bugeja(1999), is-Sur Joe Caruana (2000), is-Sur Alessio Camilleri (2001), is-SurEdward Borg (2002) u s-Sur George Borg (2003).

Formoli ta’ nominazzjoni diġantbgħatu fil-Kunsilli Lokali kollhabiex jitqassmu skond il-bżonn. Il-formoli għandhom jimtlew u jintbagħtulill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, il-Furjana sa mhux aktartard mill-15 ta’ Ottubru 2004.  Kull minikun irid formula ta’ nominazzjoni jista’ jikseb waħdajew mill-Kunsilli Lokali, jewmill-uffiċċjutal-Customer Care tal-Ministeri kollha, jew inkellaminnfuq il-website: www.education.gov.mt

Aktar tagħrif jew informazzjoni jistajinkiseb mill--uffiċċju tal-Kommunikazzjonifuq in-numri 2598 2512/3 jew bl-e-mail communications.moed@gov.mt

DOI – 30/08/2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow