PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA
Nru:1351
PremjuĦaddiem tas-Sena
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni,Żgħażagħ u Xogħol qed iniedi l-proċess li jwassal għall-għoti tal-Premju Ħaddiemtas-Sena 2004. Għaldaqstant, il-Kumitat ta’ l-Għażla presedut mis-Sur Anthony Tabone, serjilqa’ nominazzjonijietminn gruppi ta’ mhux anqas minn għaxar ħaddiema, Trade Unions, Min iħaddem uAssoċjazzjonijiet ta’ Min iħaddem u OrganizzazzjonijietVolontarji. Dawk li diġa’ kienu nominatif’edizzjonijiet preċedenti tal-premju jistgħujerġgħu jiġu nominati. In-nominazzjonijietse jintlaqgħu sal-15 ta’ Ottubru 2004 u wara li ssirl-għażla mill-kumitat, ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiemtas-Sena 2004 jitħabbar fis-27 ta’ Novembru 2004.
Dettalji dwar dan il-Premjungħataw dalgħodu mill-Ministru responsabbli mix-xogħol waqt konferenzata’ l-aħbarijiet li matulha tħabbrul-ismijiet tal-membri tal-Kumitat ta’ l-Għażlatal-Ħaddiem tas-Sena 2004. Il-kumitat se jitmexxa mis-Sur Anthony Tabonefilwaqt li l-membri huma Ms. Josephine Attard Sultana, Ms.Matilde Balzan, is-Sur Mario Camilleri, Ms. NicolinaFarrugia, is-Sur Philip Fenech, Ms. Pamela Muscat u s-Sur GaetanoTanti. Is-Segretarja tal-Bord hija Ms. Margaret Abdilla.
Il-kriterji għall-għażla tal-‘Ħaddiemtas-Sena 2004’ huma:
· Li l-persuna tkun ċittadin u resident ta’Malta;
· Li jkun qeda’ dmirijietu ta’ ħaddiemb’onesta’ u effiċjenza;
· Li jkun wera inizjattiva, inġenjożita’ ukreattivita’ f’xogħlu jew għen biex jitkattar it-tisħib tal-ħaddiemafir-responsabbilta’ u l-parteċipazzjoni fit-tmexxija tax-xogħol; jew b’sagrifiċċjupersonali saħħaħ is-solidarjeta’ fost sħabu wiċċ imb wiċċ mal-problemi; jew b’xi mod jew ieħor iddistingwa ruħubl-għaqda li nissel, bis-servizz u bl-eżempju li ta, bil-kontribut li għamellill-pajjiż, bis-sens ta’ dedikazzjoni li wera għall-ġustizzja u għad-dinjita’tal-ħaddiema, jew bil-ħidma li wettaq biex jippromwovi opportunitajiet indaqsfuq il-post tax-xogħol.
Il-Premju Ħaddiem tas-Sena beda jingħata sa mill-1988 b’inizjattivatal-Ministru Louis Galea li dak iż-żmien kien Ministrutal-Politika Soċjali. Ir-rebbieħa kollha tal-Premju s’issakienus-Sur Martin Grasso (1988), Dr Maria Sciberras M.D. (1989), is-SurRichard Farrugia (1990), Ms. Mary Vella (1991), MsRita Agius (1992), is-Sur Frans H.Said (1993), is-Sur Francis Cachia (1994),is-Sur Mario Sammut (1995), is-Sur Joe Sammut (1996), Ms.Louisette Pace (1997), is-Sur Joseph Caruana (1998), is-Sur Anthony Bugeja(1999), is-Sur Joe Caruana (2000), is-Sur Alessio Camilleri (2001), is-SurEdward Borg (2002) u s-Sur George Borg (2003).
Formoli ta’ nominazzjoni diġantbgħatu fil-Kunsilli Lokali kollhabiex jitqassmu skond il-bżonn. Il-formoli għandhom jimtlew u jintbagħtulill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, il-Furjana sa mhux aktartard mill-15 ta’ Ottubru 2004. Kull minikun irid formula ta’ nominazzjoni jista’ jikseb waħdajew mill-Kunsilli Lokali, jewmill-uffiċċjutal-Customer Care tal-Ministeri kollha, jew inkellaminnfuq il-website: www.education.gov.mt
Aktar tagħrif jew informazzjoni jistajinkiseb mill--uffiċċju tal-Kommunikazzjonifuq in-numri 2598 2512/3 jew bl-e-mail communications.moed@gov.mt
DOI – 30/08/2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en