DOKUMENT MIMLI KONTRADIZZJONIJIET
NO. 1349
Dokument mimlikontradizzjonijiet
Id-dokument tal-PartitLaburista dwar is-settur tal-biedja huwa mimli kontradizzjonijiet - minn bandawaħda jgħid li dak li wissa’ l-istess Partit Laburista dwar dak li kellu jiġri,jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, issa qed iseħħ u mill-banda l-oħrajgħid li rridu naħdmu aktar biex nisfruttaw l-opportunitajiet ta’ l-istesssħubija.
Dawn l-opportunitajiet liissa qed jitkellem dwarhom il-Partit Laburista qed iseħħu u dan grazzigħall-Gvern, li mhux biss fassal strateġija li permezz tagħha l-biedja f’Maltau Għawdex qed tintegra ruħħa fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni ta’l-Unjoni Ewropea, iżda daħal ukoll għal impenn bla preċedent, kemm finanzjarjuu kemm istituzzjonali, għal dan is-settur.
Meta l-Oppożizzjoni tgħid lim’hemmx pjan għas-settur tal-biedja, jfisser waħda minn żewġ possibiltajiet –jew li l-Oppożizzjoni għadha ma ratx il-kontenut tat-trattat tas-sħubija, fejnhemm indikat kif is-settur agrikolu jrid jintegra ruħu mal-qafas tal-PolitikaAgrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea; jew inkella qed tipprova tikkonvinċilill-bdiewa li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea jista’ jkollha politikagħal dan is-settur li tmur kontra l-politika komuni għall-25 membru ta’l-istess Unjoni Ewropea.
Eżempjuta’ dan hu t-tneħħija tal-levies li ma jistgħux jerġgħu jiddaħħluminkejja l-impressjoni li qed tipprova tagħti l-Oppożizzjoni li tista’ xidarba, jekk tkun fil-Gvern, terġa’ ddaħħal din it-tip ta’ protezzjoni.
Tajjebli jiġi mfakkar pero’ li fil-proposta tal-Partit Laburista, Malta kienet tkunimġiegħla tneħħi l-levies mingħajr ebda kumpens u għajnuna għall-bdiewau r-raħħala Maltin u Għawdxin.
Il-PartitLaburista donnu nesa li fin-negozjati ta’ sħubija, Malta irnexxiela tinnegozjapjan li permezz tiegħu ngħataw sussidji biex jagħmlu tajjeb għat-tneħħija tal-levies.Dan ma jfissirx pero’, li s-sussidji huma l-qofol tal-ħidma
…/…
tal-Ministeruta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Tant hu hekk li l-impenn ewlienital-Ministeru kien u għadu, li permezz ta’ pjan għall-iżvilupp rurali miftiehemma’ l-Unjoni Ewropea u li jikkonforma mal-Politika Komuni ta’ l-istess Unjoni,jiddaħħlu miżuri partikolari u uniċi għall-benefiċċju tar-raħħala u l-bdiewaMaltin u Għawdxin. Altru li m’hemmx pjan għal dan is-settur!!
Ta’min isemmi wkoll li l-kompetizzjoni li wieħed kien jistenna wara li tneħħew il-levies,kienet ta’ benefiċċju għall-konsumatur Malti għax fissret roħs fil-prezzijiet utitjib fil-kwalita’ ta’ prodotti lokali. Il-Ministeru qed jimpenja ruħu bl-implimentazzjoni tal-‘Europgap’għas-settur tal-patata u l-introduzzjoni ta’ ‘marketing standards’għall-prodotti oħra, kif ser issir ukoll ġewwa l-Pitkalija fejn hemm ukolltfassal pjan biex din titmexxa bi sħab ma’ l-għaqdiet tal-bdiewa. Huma dawnl-inizjattivi kollha u t-twaqqif ta’ għaqdiet ta’ produtturi, flimkien ma’inizjattiva u għajnuna għall-agro-industrija lokali, li qed iwasslu biexprodotti lokali jikkompetu fis-suq wieħed ta’ l-Unjoni Ewropea.
Fuqis-sitwazzjoni tal-qbiela l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jridjippreċiża li tħejja abbozz ta’ memorandum li issa ġie analizzat u serjitressaq għad-diskussjoni mill-Kabinett biex din l-inizjattiva tiġi konklużagħall-benefiċċju ta’ l-istess bdiewa u raħħala.
Fuqkollox, id-dokument imħejji mill-Partit Laburista hu maqtugħ kompletamentmir-realta’ ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea, u hu msejjes fuq premessibla bażi li żgur ma jistgħux iwasslu għar-realta’ tal-fatti.
DOI– 30.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en