GVERN KOMMESS B’IMPENN LEJN IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA TAL-MALTIN U L-GĦAWDXIN
Nru. 1347
GVERN KOMMESS B’IMPENN LEJN IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJATAL-MALTIN U L-GĦAWDXIN
Inawguratproġett ta’ Lm 1.5 b’riżq l-poplu Għawdxi.
Nhar is-Sibt ġie nawgurat Water Polishing Plant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilmagħandha f’ Għawdex.
Fid-diskors li għamel għall-okkażjoni, il-MinistruAustin Gatt spjega li l-proġett li ġie nawgurat is-Sibt huwa xhieda ta’l-impenn tal-Gvern biex jtejjeb il-livell tal-għajxien għal Maltin ul-Għawdxin. Xhieda ta’ dan l-impenn hija l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’l-Ilma li f’dawn l-aħħar snin qed twassal lil kull Malti u Għawdxi provvistakontinwa ta’ ilma ta’ kwalità.
Il-proġett tal-polishingplant ifisser investiment ta’ madwar miljun u nofs lira li ser ifissertitjib fil-kwalità ta’ l-ilma tax-xorb f’Għawdex. Grazzi għal dan il-proġett,it-23,000 familja f’Għawdex jkollhom l-ilma li ħiereg mill-vit tad-dar tagħhomta’ livell ħafna aħjar partikolarment fit-togħma tiegħu. Ta’ min jgħid lisal-lum l-ilma kollu li jitwassal fid-djar tan-nies huwa f’livelli aċċettabligħax-xorb.
Il-Ministru Gatt fisser li dan il-proġett juri wkollil-kapaċità tal-Maltin, kapaċità li qed twassal lil pajjiżna fuq quddiem f’dikli hija tħaddim ta’ Reverse Osmosisplants. Huwa għalhekk, kompla l-Ministru Gatt li rridu nkomplu nħaddmupolitika ta’ fiduċja fil-kapaċità tal-ħaddiem Malti.
Il-Ministru Gatt fisser ukoll l-importanza lijieqaf, u niġġieldu t-teħid illegali ta’ ilma mill-boreholes. Huwa spjega li dan is-serq qed iwassal biex jkollnaaktar spejjeż fl-ipproċessar ta’ l-ilma mir-ReverseOsmosis.
Minn naħa tagħha l-Ministru Giovanna Debono, qaletli dan il-proġett għandu rwol mill-iktar importanti lejn it-titjib fil-kwalitàtal-ħajja ta’ l-Għawdxin. “Dan il-proġett għandu impatt dirett fuq il-qasamamjentali u dak tas-saħħa, b’riżultat ta’ standards ta’ ħajja aħjar f’Għawdex,” sostniet il-Minsitru Debono.
…/…
Il-Ministru Debono rreferit għalih bħala proġettambizzjuż ħafna u rringrazzjat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma liħadmet matul dawn l-aħħar snin sabiex illum, dan l-ewwel impjant ta’ dan it-tipfil-gżejjer Maltin beda jiffunzjona f’ Għawdex. Hija qalet li fil-ftit ġimgħatli ilu jopera l-impjant, il-livell ta’ chloridesfl-ilma diġà naqas bin-nofs.
Il-Ministru Debono tenniet ukoll li dan il-Gvernhuwa kommess li jwettaq proġetti intensivi b’riżq Għawdex u l-Għawdxin.
Minn naħa tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni,is-Sur Michael Falzon faħħar il-ħaddiema tal-Korporazzjoni li ħadmu fuq danil-proġett. Huwa semma wkoll kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġietmagħżula mill-Unjoni Ewropea, sabiex tiddisinja u timplimenta parti minn danil-proġett sabiex jiġi replikat f’pajjiżi oħra ta’l-Unjoni Ewropea.
Sadanittant fi tmiem l-attività sari l-kxif ta’plakka kommemorattiva mis-Sur George Micallef, Acting Operations Manager ta’l-impjant.
DOI 30.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en