Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB GĦAL KUMMENTI TAL-KUNSILL LOKALI TAL-MARSA

PR1346
Date Icon 30/08/2004

IT-TNEJN, 30TA’ AWISSU 2004

Nru. 1346

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB GĦAL KUMMENTI TAL-KUNSILL LOKALI TAL-MARSA

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ul-Intern jirreferi għall-kummenti li ta lil sezzjoni ta’ l-istampas-Sindku tal-Marsa fejn ilmenta minn tnaqqis ta’ Lm14,000 mill-fondi allokatilill-Kunsill mill-Gvern Ċentrali. Iċ-ċifra msemmija mis-Sindku tal-Marsa mhuxkorretta. Fil-fatt l-ammont totali li tnaqqas kien ta’ Lm9,164 li minnhomLm1,095 tnaqqsu mill-proġett ta’ l-e-governmentli ma kienx inkluż fl-allokazzjoni mill-Gvern Ċentrali. Dan ifisser lit-tnaqqis reali kien ta’ Lm8,069.

Il-Gverndiġà għamilha ċara li l-aġġustamentfl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsilli Lokali jifforma parti minn eżerċizzjutal-Gvern biex jitrażżan id-deficit.  Il-Gvern jemmen li d-deficit huwa problema nazzjonali u għalhekk kulħadd għandu jieħu sehemfl-ezerċizzju biex dan jitnaqqas, għall-ġid tal-pajjiż.   Biex jiġiminimizzat l-impatt finanzjarju fuq il-Kunsilli, l-aġġustament inqasam billinżammu fondi li l-Kunsilli kienu se jingħataw għal proġetti oħra. 

Matulis-sena finanzjarja 2004, il-Kunsill Lokali tal-Marsa kellu dħul addizzjonali ta’ Lm5,105minn sorsi ohra. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Marsa għandu jaħdmu miegħu seba’ ħaddiema, erba’ mit-tarznari utlieta mill-Ministeru tar-Riżorsi, li tagħhom il-Kunsill ma jħallasx ċenteżmu għax il-pagi jħallashom kollha l-Gvern Ċentrali. Din il-paga tlaħħaq għal madwar Lm30,000 fis-sena.Dawn il-ħaddiemaqed jagħmlu xogħol li qabel kienu jitħallsu mill-fondi allokatimill-Gvern Ċentrali lil Kunsill tal-Marsa. 

Dan kollu grazzi għall-politika tal-Gvern preżenti li ma tħallix lill-Kunsilli dipendenti biss fuq l-allokazzjoni Statali, iżdatinkoraġġihom u tagħtihom l-għajnuna meħtieġa biex jisfruttawsorsi oħra ta’ dħul finanzjarju.

DOI  30.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow