DETTALJI DWAR IL-LIĠI TA’ L-ECO KONTRIBUZZJONI LI SER TIDĦOL FIS-SEĦĦ FL-1 TA’ SETTEMBRU 2004
IS-SIBT,28 TA’ AWISSU 2004
Nru.1344
DETTALJIDWAR IL-LIĠI TA’ L-ECO KONTRIBUZZJONI LI SER TIDĦOL FIS-SEĦĦ FL-1 TA’ SETTEMBRU2004
Il-Ministeru responsabbli għall-ambjent,jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru li ġej.
Dinil-kontribuzzjoni se tkun dovuta u pagabbli biss minn operaturi li jġibuf’Malta u/jew jimmanifatturaw il-prodotti li huma msemmija fl-Ewwel Skedaannessa ma’ l-Avviż Legali li ser ikun ippubblikat nhar it-Tnejn, 30 ta’ Awissu2004, ibbażata fuq l-Iskeda fil-Liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni. Dan ifisser li bejjiegħa bl-ingrossa ubejjiegħa bl-imnut li ma jġibux f’Malta u/jew ma jimmanifatturawx prodottim’għandhomx jirreġistraw għall-iskoppijiet ta’ l-Eko Kontribuzzjoni.
Il-Kontribuzzjonitkun dovuta u pagabbli meta l-prodott jew jiġi trasferit mill-istadju ta’manifattura bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq f’Malta, jew meta l-prodottjinġieb f’Malta minn barra, kif ukoll fuq l-istockseżistenti meta tidħol fis-seħħ il-liġi.
Madankollugħalkemm l-Eko Kontribuzzjoni se tkun dovuta u pagabbli f’dan l-istadju, ħlieffil-każ ta’ produtturi tax-xorb rikonoxxuti li jużaw fliexken li jerġgħujimtlew għax-xorb, l-Eko Kontribuzzjoni se tinġabar meta l-prodott jinbiegħ jewjiġi trasferit jew b’xi mod ieħor isir disponiment minnu jew inkella jibdelin-natura tiegħu. Din imbagħad setitħallas lid-Dipartiment tal-VAT fl-ewwel denunzja ta’ l-Eko Kontribuzzjoni lijkun imiss, li taħbat fl-istess perjodu tad-denunzja tal-VAT.
Dwaril-produtturi tax-xorb bona fiderikonoxxuti li jdaħħlu f’Malta u jużaw fliexken li jerġgħu jimtlew minnhomgħax-xorb, l-Eko Kontribuzzjoni se tkun dovuta darba biss kemm fuq l-istocks ta’ kontenituri relevantifil-pussess
…/…
tagħhom fl-4 ta’Settembru 2004 u fuq kull kontenitur ġdid meta jinġieb f’Malta. Fil-każ ta’ l-istocks, din il-Kontribuzzjoni tista’ titħallas lid-Dipartimenttal-VAT f’erba’ pagamenti indaqs li għandhom isiru mal-ħlas tad-denunzja ta’l-Eko Kontribuzzjoni, imma l-ħlas kollu jrid isir mhux aktar tard minn senamid-data ta’ Reġistrazzjoni. Id-denunzjata’ l-Eko Kontribuzzjoni ta’ dawn l-operaturi tintbagħat ukoll fl-istess żmientad-denunzja tal-VAT.
Dawnil-produtturi huma mħeġġa biex immedjatament jirreġistraw mad-Dipartimenttal-VAT għall-fini ta’ l-Eko Kontribuzzjoni sabiex jiġi stabbilit l-istatustagħhom bħala produtturi rikonoxxuti għall-finijiet tal-liġi. Formoli ta’ registrazzjoni jinkisbumid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant,tali produtturi bona fiderikonoxxuti, għandhom jibagħtu lid-Dipartiment tal-VAT dettalji ta’ l-istocks li jkollhom fl-4 ta’ Settembru2004.
Operaturi oħra,li m’humiex produtturi rikonoxxuti ta’ fliexken li jerġgħu jimtlew għax-xorb,mhux se jkollhom bżonn jagħtu dettalji ta’ stockseżistenti meta tidħol fis-seħħ il-liġi.
L-operaturikollha tan-negozju li huma dovuti jħallsu l-Eko Kontribuzzjoni huma mħeġġajirreġistraw mad-Dipartiment tal-VAT mill-aktar fis. F’każ ta’ xi diffikulta, wieħed jista’jċempel lill-customer care unitfid-Dipartiment tal-VAT Birkirkara, fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju fuq in-numri80074404, 21472698 jew 21472701.
DOI –28.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en