Left arrow Go Back

DETTALJI DWAR IL-LIĠI TA’ L-ECO KONTRIBUZZJONI LI SER TIDĦOL FIS-SEĦĦ FL-1 TA’ SETTEMBRU 2004

PR1344
Date Icon 28/08/2004

IS-SIBT,28 TA’ AWISSU 2004

Nru.1344

DETTALJIDWAR IL-LIĠI TA’ L-ECO KONTRIBUZZJONI LI SER TIDĦOL FIS-SEĦĦ FL-1 TA’ SETTEMBRU2004

Il-Ministeru responsabbli għall-ambjent,jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni  se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru li ġej.

Dinil-kontribuzzjoni se tkun dovuta u pagabbli biss minn operaturi li jġibuf’Malta u/jew jimmanifatturaw il-prodotti li huma msemmija fl-Ewwel Skedaannessa ma’ l-Avviż Legali li ser ikun ippubblikat nhar it-Tnejn, 30 ta’ Awissu2004, ibbażata fuq l-Iskeda fil-Liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni.  Dan ifisser li bejjiegħa bl-ingrossa ubejjiegħa bl-imnut li ma jġibux f’Malta u/jew ma jimmanifatturawx prodottim’għandhomx jirreġistraw għall-iskoppijiet ta’ l-Eko Kontribuzzjoni.

Il-Kontribuzzjonitkun dovuta u pagabbli meta l-prodott jew jiġi trasferit mill-istadju ta’manifattura bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq f’Malta, jew meta l-prodottjinġieb f’Malta minn barra, kif ukoll fuq l-istockseżistenti meta tidħol fis-seħħ il-liġi. 

Madankollugħalkemm l-Eko Kontribuzzjoni se tkun dovuta u pagabbli f’dan l-istadju, ħlieffil-każ ta’ produtturi tax-xorb rikonoxxuti li jużaw fliexken li jerġgħujimtlew għax-xorb, l-Eko Kontribuzzjoni se tinġabar meta l-prodott jinbiegħ jewjiġi trasferit jew b’xi mod ieħor isir disponiment minnu jew inkella jibdelin-natura tiegħu.  Din imbagħad setitħallas lid-Dipartiment tal-VAT fl-ewwel denunzja ta’ l-Eko Kontribuzzjoni lijkun imiss, li taħbat fl-istess perjodu tad-denunzja tal-VAT.

Dwaril-produtturi tax-xorb bona fiderikonoxxuti li jdaħħlu f’Malta u jużaw fliexken li jerġgħu jimtlew minnhomgħax-xorb, l-Eko Kontribuzzjoni se tkun dovuta darba biss kemm fuq l-istocks ta’ kontenituri relevantifil-pussess

…/…

tagħhom fl-4 ta’Settembru 2004 u fuq kull kontenitur ġdid meta jinġieb f’Malta.  Fil-każ ta’ l-istocks, din il-Kontribuzzjoni tista’ titħallas lid-Dipartimenttal-VAT f’erba’ pagamenti indaqs li għandhom isiru mal-ħlas tad-denunzja ta’l-Eko Kontribuzzjoni, imma l-ħlas kollu jrid isir mhux aktar tard minn senamid-data ta’ Reġistrazzjoni.  Id-denunzjata’ l-Eko Kontribuzzjoni ta’ dawn l-operaturi tintbagħat ukoll fl-istess żmientad-denunzja tal-VAT.

Dawnil-produtturi huma mħeġġa biex immedjatament jirreġistraw mad-Dipartimenttal-VAT għall-fini ta’ l-Eko Kontribuzzjoni sabiex jiġi stabbilit l-istatustagħhom bħala produtturi rikonoxxuti għall-finijiet tal-liġi.  Formoli ta’ registrazzjoni jinkisbumid-Dipartiment tal-VAT.  Għaldaqstant,tali produtturi bona fiderikonoxxuti, għandhom jibagħtu lid-Dipartiment tal-VAT dettalji ta’ l-istocks li jkollhom fl-4 ta’ Settembru2004. 

Operaturi oħra,li m’humiex produtturi rikonoxxuti ta’ fliexken li jerġgħu jimtlew għax-xorb,mhux se jkollhom bżonn jagħtu dettalji ta’ stockseżistenti meta tidħol fis-seħħ il-liġi.

L-operaturikollha tan-negozju li huma dovuti jħallsu l-Eko Kontribuzzjoni huma mħeġġajirreġistraw mad-Dipartiment tal-VAT mill-aktar fis.  F’każ ta’ xi diffikulta, wieħed jista’jċempel lill-customer care unitfid-Dipartiment tal-VAT Birkirkara, fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju fuq in-numri80074404, 21472698 jew 21472701.

DOI –28.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow