Left arrow Go Back

INIZJATTIVA IMPORTANTI FAVUR L-INDUSTRJA TAL-FILMS F’PAJJIŻNA

PR1343
Date Icon 27/08/2004

Nru. 1343

INIZJATTIVAIMPORTANTI FAVUR L-INDUSTRJA TAL-FILMS F’PAJJIŻNA

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura FrancisZammit Dimech qal li l-ġbid tal-films f’Malta hu settur importanti li qedjikontribwixxi miljuni ta’ liri għall-ekonomija nazzjonali u qed joħloqimpjiegi full-time u part-time għal mijiet ta’ Maltin. Hu qalli dan is-settur hu wkoll mezz ta’ promozzjoni għas-settur turistiku u qedipoġġi lil Malta fuq quddiemnett tal-qasam tal-films tant li “The London Times”iddeskriviet pajjiżna bħala “The Mediterranean’s mini-Hollywood”.

Dr Zammit Demich kien qed iqassam  ċertifikati ta’ ‘special abilities’f’korsijiet  għal liċenzja ta’ Stunts lilatturi Maltin.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal litul is-snin inħadmu f’Malta 80 film, 35 film li jippromwovu prodotti, 24 filmgħat-televiżjoni u għadd ta’ music videosu dokumentarji. Hu qal li dawn il-films ħolqu madwarhom industrjaimportanti  li tagħti xogħol lil ħaddiemata’ diversi snajja’ għall-bini ta’ xenarju u xogħol ieħor relatat ma’ dan is-settur.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal lil-Gvern għaraf l-importanza ta’ dan is-settur. Hu qal li l-Gvern joffriinċentivi fiskali lil kumpanniji barranin tal-films li jiġbdu films f’Malta, ulil kumpanniji tal-films lokali u barranin reġistrati f’Malta li jipproduċu u jqassmu minn Malta feature films, films għat-televiżjoni udokumentarji.  Hu qal li  TheBusiness Promotion Act pprovda inċentivi fiskali għal kumpanniji f’ċertisetturi inkluża l-industrja tal-films. Kumpanniji Maltin u barranin reġistratif’Malta u li huma involuti fil-produzzjoni ta’ audio visual productions bħalfeature films, programmi ta’promozzjoni jew reklami u dokumentarji jistgħu jibbenefikaw minn struttura fiskali favorevoli.Kumpanniji involuti biss fi produzzjonijiet awdjovisivi jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv ta’ taxxaimnaqqsa ta’ 5 fil-mija sal-31 ta’ Diċembru 2008.  Il-Ministru Zammit Dimech qal li għal dinl-industrja japplikaw ukoll tax creditsfuq l-investiment li jsir.

…/…

Francis Zammit Dimech qal li fl-aħħar ħames snin inħadmu f’Malta films bħal Gladiator, U-571, The Count of Monte Cristou Troy. Hu qal li għal dawn il-filmskienu meħtieġa biex jaħdmu diversi Maltin u Għawdxin. Hu qal li kien pass għaqli dak ta’ Screen Productions Media Entertainment li jorganizzaw ‘SpecialAbilty Course for Stunts” fejn  diversistudenti għamlu kors bl-iskop li jintlaħqu l-livelli mixtieqa .

Il-Ministru Zammit Dimech qal li pajjiżnajrid jikkompeti billi jkollu r-riżorsi umani neċessarji li jitħarrġu ħallijoffru servizz aħjar minn ħaddieħor. Hu qal li biex nikkompetu ridna noffrul-eċċellenza f’kull qasam u dan seta’ jsir biss permezz ta’ korsijiet bħal danorganizzat minn Screen Productions.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kulturairringrazzja lill-kumpannija Screen Productionsgħal din l-inizjattiva u awgura lil dawk li ngħataw iċ-ċertifikat kullsuċċess fil-ħidma tagħhom b’risq l-industrja tal-films f’pajjiżna.

DOI- 27.08.04

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow