Left arrow Mur Lura

ŻONA TA’ L-AKWAKULTURA PROPOSTA 6 KILOMETRI ’L BARRA MILL-PONTA TA’ ZONQOR

PR1342
Date Icon 27/08/2004

Nru. 1342

ŻONA TA’ L-AKWAKULTURA PROPOSTA 6 KILOMETRI ’L BARRAMILL-PONTA TA’ ZONQOR

L-applikazzjonitat-Taqsima tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd sabiex tiġi ikkunsidrataŻona għall-użu ta’ produzzjoni tal-ħut li tinsab 6 kilometri’l barra mill-ponta ta’ Zonqor jidher li qajmet interess kbir.

It-Taqsimatal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd kienet ippreparat National Aquaculture Policy li tkopri l-għanijiet li Malta għandhatilhaq fl-akkwakultura. Fost kollox hemm ukoll imniżżel li kemm jista’ jkunit-trobbija tal-ħut għandha ssir b’metodi li jħarsu l-ambjent. Kien danil-fatt u hafna oħrajn li kkonvinċew it-Taqsima  tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd li tistudjal-possibbiltà li din it-trobbija tersaq iktar ’il barra minn xtutna.

Kunsill Lokalipartikolari xi snin ilu kien qiegħed imexxi kampanja sħiħa biex  din it-trobbija tersaq ’il barra.  Din il-kampanja saret waqt talbagħall-iżvilupp ’il barra mis-sikka ta’ Bengħajsa. Issa l-istess Kunsill Lokalijidher li huwa kontra li t-Taqsima tistalla xi trobbija ’l barra minn xtutna.Kunsill Lokali ieħor ma oggezzjonax  xigimgħat ilu waqt talba ta’ estensjoni ta’ fish farm iżda issa jidherkontra din l-applikazzjoni.

Sa issa kull ma sar kienli nbeda proċess skond il-liġi ta’ Malta biex tigi studjata l-possibilità ta’l-użu ta’ din iż-żona għall-skopijiet ta’ trobbija tal-ħut. F’dan l-istudjujridu jiġu kkonsidrati l-fatturi kollha li jolqtu liż-żona u madwarha, inklużix-xtajta, in-nies li jużawha, ir-riżorsi li fiha, u ħafna aspetti oħra.

Il-konsulentiindipendenti li jridu jikkordinaw dan l-istudju għad iridu jiġu magħzula warali tagħlaq it-talba għall-offerti  illumis-27 ta’ Awissu 2004. It-termini ta’ l-istudju tagħhom huma determinati u fihomkienu diġa' ġew ikkunsidrati il-punti kollha li tressqu.

L-impatt ambjentalifil-veru sens tiegħu, jiġifieri dak bioloġiku mhux l-uniku argument li danl-istudju ser jikkonsidra. L-aspetti ekonomiċi ta’ l-istess attività kif ukollta’ attivitajiet oħra li jsiru fl-inħawi li din iż-żona tista’ toħloq, aspettiteknici u l-maniġġ ta’ l-iskart huma kollha ta’ importanza għall-finijiet ta’deċiżjoni finali. L-istudju żgur ser jikkonsidra  t-turizmu u l-industrija tal-għaddasa  taħtl-aspetti ekonomiċi ta’ l-attivitajiet oħra fl-istess inħawi. B’mod ġenerali umingħajr preġudizzju għar-riżultati finali ta’ dan l-istudju jidher li attività6 kilometri ’l barra ġo fond ta’ madwar 80 metru ser tinvolvi problemi tekniċilill-operaturi iżda mhux impatti fuq il-kosta jew fuq l-użu oħra ta’ l-inħawi.

DOI – 27/08/2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow