OPPORTUNITA’ TA’ IKTAR INVESTIMENT FIL-QASAM TURISTIKU
Nru. 1340
OPPORTUNITA’ TA’ IKTARINVESTIMENT FIL-QASAM TURISTIKU
Waqt li kienet qedtindirizza operaturi Għawdxin fil-qasam turistiku f’laqgħa ta’ informazzjoni,marbuta ma’ l-iskema ta’ għotjiet għas-settur turistiku b’fondi mill-UnjoniEwropea u l-Gvern Malti, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex qaletli s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea qed toffri lis-settur turistikuopportunita’ oħra.
Hija qalet lil-iskema li nediet dan l-aħħar l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu se tpoġġi għad-dispożizzjonita’ l-operaturi turistiċi €2.5miljun u għalhekk hija skema li toffriopportunita’ ta’ iktar investiment dirett f’ dan il-qasam. F’din l-iskemal-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ser jiffinanzjaw 60% ta’ kull proġett li jiġisottomess u magħżul filwaqt li s-settur privat jiffinanzja 40%. L-investimentli se jagħmel il-Gvern Malti, l-Unjoni Ewropea u l-operaturi turistiċi serifisser impatt pożittiv fuq din l-industrija li għandu jissarraf fit-tisħiħtal-prodott turistiku li Malta u Għawdex joffru.
Il-MinistruGiovanna Debono rringrazzjat lil dawk l-operaturi turistiċi li attendew il-laqgħata’ informazzjoni. Il-Ministru Debono saħqet fuq l-importanza li dawn l-istessoperaturi jaħtfu l-opportunita’ li l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti qedjoffrulhom billi jissottomettu applikazzjonijiet għal proġetti b’riżql-investiment f’dan is-settur tant importanti għall-ekonomija tal-gżira t’Għawdex.
Il-Ministru Debonorreferiet għall-akkwisti li għamel Għawdex mill-Unjoni Ewropea. Hija qalet lit-€8.6miljun Ewro minn Fondi Strutturali u t-€2.8miljun Ewro mill-Fondi ta’Koeżjoni għall-perijodu finanzjarju 2004-2006 ser ifissru aktar investimentfil-kwalita’ tal-ħajja ta’ l-Għawdxin. Il-Ministru Debono qalet li uħudmill-proġetti li ssottometta l-Ministeru għal Għawdex sabiex isiru permezz ta’dan il-kofinanzjament għandhom impatt dirett fuq il-qasam turistiku. Hija qaletli permezz tat-twettieq ta’ dawn il-proġetti l-Gvern ser ikun qiegħed ikomplijsaħħaħ il-prodott turistiku tal-gżira t’Għawdex.
Uffiċjalimill-MTA ser ikunu Għawdex iktar qrib tad-data ta’ l-egħluq ta’ l-ewwelapplikazzjonijiet sabiex jipprovdu iktar għajnuna lill-operaturi Għawdxin.L-operaturi Għawdxin ser ikunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhomf’Għawdex stess f’data qrib it-30 ta’ Settembru 2004.
…/..
Il-Ministru Debonorringrazzjat lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li organizzat din il-laqgħata’ informazzjoni lill-operaturi turistiċi Għawdxin kif ukoll lill-Onor. FrancisZammit Dimech li ndirizza lill-istess operaturi.
Il-laqgħa li saretil-bieraħ f’Għawdex, ġiet ko-ordinata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Assoċjazzjonitat-Turiżmu għal Għawdex flimkien ma’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
DOI 27.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en