Left arrow Go Back

SKEJJEL TAS-SAJF

PR1337
Date Icon 27/08/2004

Nru. 1337

SKEJJELTAS-SAJF

Il-Ministru ta’l-Edukazzjoni Louis Galea żar skola privata tas-Sajf, Kidstart Summer Club, lihi mmexxija mill-Vista Coop għal tmien ġimgħat matul ix-xhur tas-sajf.  Din hi t-tielet sena li l-Vista Coop qedtorganizza din l-iskola tas-sajf. Il-Kidstart Summer Club qed issir f’żewġ skejjel tal-Gvern, il-JuniorLyceum, Sta. Tereza ta’ l-Imrieħel, u l-iSkola Primarja Dun Xand ta’ Sta.Venera.   B’kollox hemm jattendu mal-400tifel u tifla ta’ bejn sentejn u ħmistax-il sena.

Louis Galea tkellem dwarl-iskejjel tas-sajf immexxija mill-privat u qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat sareżerċizzju biex l-iskejjel tas-sajf privati jiġu reġistrati mal-Ministeru ta’l-Edukazzjoni bl-iskop li jingħata ċertifikat ta’ evalwazzjoni tal-valur edukattivtal-programm għall-finijiet ta’ talba għall-eżenzjoni mill-VAT.  S’issa rreġistraw sittax-il organizzazzjoniprivati li toffri s-servizz ta’ Skola tas-Sajf. Il-Ministru Galea qal li ser jagħti żmien sa l-aħħar ta’ Ottubrugħar-reġistrazzjoni ta’ dawk li jridu jorganizzaw skola tas-sajf fl-2005. Dawkli diġa’ rreġistraw ma għandhomx għalfejn jerġgħu jirreġistraw.  Il-Ministeru ser jagħmel evalwazzjonitas-servizz offrut u sa l-aħħar tas-sena jagħti ċ-ċertifikat tiegħu biex jiġipreżentat lid-Dipartiment tal-VAT. Il-programm ta’ skola tas-sajf għandu jsegwi l-prinċipji u l-objettivital-Kurrikulu Nazzjonali.

DOI  27.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow