GĦAJNUNA MILL-UE BIEX JITKATTAR IS-SETTUR TURISTIKU
Nru. 1334
GĦAJNUNA MILL-UEBIEX JITKATTAR IS-SETTUR TURISTIKU
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li stħarriġ mill-World Travel &Tourism Council jisħaq li l-potenzjal turistiku fl-Istati Membri ġodda ta’l-Unjoni Ewropea jista’ jitħaffef billi jkun magħruf il-potenzjal li s-setturjoffri biex titkabbar l-ekonomija. Il-Ministru kien qed jindirizza sezzjoni ta’informazzjoni f’Għawdex marbuta ma’ l-Iskema ta’ Għotjiet għas-Settur Turistikub’fondi mill-Gvern u l-UE
Francis ZammitDimech qal li dan l-istħarriġ jsostni li l-Gvernijiet tal-15-il pajjiż membruqabel it-tkabbir, jistgħu jgħinu jilħqu dan il-potenzjalbilli jħaffu u jippromwovu investiment li jibbenefika fi żmien qasir l-10pajjiżi membri ġodda u ’l quddiem l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea kollha.
Francis ZammitDimech qal li dan l-istħarriġ jinnota li l-fiduċja tissaħħaħ jekk il-Kunsillta’ l-UE u l-Istati Membri jkollhom politika ċara li tagħti l-ogħla priorita’lill-ivjaġgar u t-turiżmu għall-2005 u l-2006 u fil-qafas finanzjarjugħall-2007-2013 li qed ikun diskuss. Dan ifisser li jkunu vvutati flusgħall-infrastruttua u t-teknoloġija ta’ l-ivjaġġar, fit-taħriġ u biex jitneħħewdawk l-ostakoli kollha għal tkabbir fil-qasam tat-turiżmu u l-ivvjaġġar fost l-Istati Membri kollha.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li dan l-istħarriġ jgħid li l-UE għadha tfassal miraċara li tiżgura li sat-2010 jiżdiedu mill-inqas tlett miljun impjieg fl-oqsmatat-turiżmu u l-ivvjaġġar fil-10 membri ġodda ta’ l-UE b’Malta żżid l-impjiegi b’aktar minn 7,000 – minn 19,478 għal 26,539 utkabbar sehem is-settur għall-Prodott Gross Domestiku minn 443 miljun EURO għal604 miljun EURO.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-pass li qed nagħmlu hu li minbarral-investiment li qed jagħmel il-Gvern u s-settur privat fis-settur turistikukienet imnedija wkoll skema ta’ għotjiet li se jkunu finanzjati bi sħab bejnil-Gvern u l-Unjoni Ewropea. Francis Zammit Dimech qal li din l-iskema setwassal biex is-settur turistiku matul sena u tul is-sentejn ta’ wara sejikkwalifika għal 2.5 miljun EURO ta’ għajnuna li 60 fil-mija minnhom se jkunutaħt forma ta’ għotjiet filwaqt li l-40 fil-mija l-oħra joħroġhom is-setturprivat.
…/…
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li Għawdex kien destinazzjoni turistika importantigħaliex kien joffri kampanja li ssaħħrek, baħarkaħlani u nadif, monumenti preistoriċi kif ukoll belt imdawwra bis-swar u għaddta’ knejjes monumentali. Hu qal li kien jemmen li operaturi Għawdxin fil-qasamturistiku kienu se jieħdu din l-opportunita’ li l-Unjoni Ewropea flimkienmal-Gvern Malti kienu qed jagħtuhom biex ikomplu jtejjbu l-prodott tagħhom uhekk jattiraw aktar turisti lejn din il-gżira sabiħa.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura awgura li anke l-Għawdxin jifhmu li s-settur turistikurridu nħarsuh flimkien għaliex minn dan is-settur mhux biss jiekol kulħadd iżdajikkontribwixxi sehem qawwi għall-Prodott Gross Domestiku u għall-impjiegif’pajjiżna.
DOI 26.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en