Left arrow Mur Lura

IS-SENGĦA TAL-BINI TAL-ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ F'GĦAWDEX

PR1332
Date Icon 26/08/2004

Nru: 1332

IS-SENGĦATAL-BINI TAL-ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ F'GĦAWDEX

Waqtli ppreżenta ċ-ċertifikati lil 19-il ħaddiem Għawdxi li temmew b'suċċess korsfil-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ, il-Ministru Ninu Zammit stqarr li dawnil-korsijiet qed isiru sabiex is-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ tinżammħajja.

Huwa stqarr li l-entużjażmu muri minn dawk il-ħaddiema jħeġġeġlill-Ministeru biex flimkien mal-BICC jorganizza iktar korsijiet ta' danit-tip. Il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura fakkar li apparti minn danil-kors, il-BICC nieda wkoll korsijiet fis-sengħa tal-ħadid, fis-sengħatal-bini, fit-tqegħid ta' pavimentar, fit-tikħil u fir-restawr. Dan kollu qedisir bil-għan li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu attrezzati u mħarrġa sabiexjitwettqu proġetti b'mod professjonali u fuq standards stabbiliti kemmmin-naħa tal-Gvern kif ukoll mis-settur privat.

Il-Ministru Zammit tenna li f'dawn l-aħħar snin inħass in-nuqqas ta' riżorsiumani kapaċi fis-sengħa ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ. Permezz ta' danil-kors, dan is-settur ingħata spinta qawwija. F'Għawdex kien hemm parteċipazzjonitajba u jidher li l-għatx għat-tagħlim ta' din is-sengħa qiegħed dejjem jikber.Il-Ministru kompla billi semma l-benefiċċji li jgawdu l-bdiewa permezz ta' binitajjeb ta' ħitan tas-sejjiegħ, fosthom inqas telf ta' ħamrija u lqugħ mir-riħ.

Il-Kunsill Konsultattiv dwar il-kostruzzjoni tal-bini (BICC) qiegħed dejjemiktar jirċievi talbiet għal iktar korsijiet simili fil-futur. Dan tenniehil-Perit Robert Musumeci, Chairman tal-BICC. Huwa stqarr li bħalissa għaddejja ħidmabiex fil-futur qrib jerġgħu jittellgħu korsijiet simili għal ħaddiema Maltin uGħawdxin.

Filwaqt li ferħet lill-ħaddiema Għawdxin li rnexxielhom isegwu b'suċċessdan il-kors, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, tennietl-importanza li sengħa antika bħal dik tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħtitkompla, mhux biss permezz ta' tradizzjoni orali imma wkoll permezz ta'edukazzjoni u taħriġ mill-ġdid.

Hija qalet li minbarra l-benefiċċji li dawn il-ħitan joffru lill-bdiewamil-lat agrikolu u ambjentali, illum il-ġurnata l-ħitan tas-sejjiegħ huma partimill-karatteristika tal-kampanja Għawdxija u għalhekk jeħtieġ li jibqgħu jiġusostnuti u mibnija mill-ġdid. Hija rringrazzjat lill-ħaddiema Għawdxin tallifittxew li jtejbu l-ħiliet tagħhom f’din is-sengħa u awguratilhom sabiexikomplu jsegwu korsijiet ta’ taħriġ li jiġu offruti minn żmien għal żmien.

DOI - 26.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow