Left arrow Go Back

IL-KWISTJONI DWAR IĊ-ĊANGA FRISKA

PR133
Date Icon 04/02/2004

Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jirreferi ghal xi stqarrijiet li saru lill-istampa lokali, u f’dan ir-rigward, il-Ministeru għal darb’oħra jenfasizza li, fil-kwistjoni dwar iċ-ċanga friska li għaddejja bħalissa, l-Gvern għandu interess biss li jara li ż-żewġ partijiet jiftiehmu u dan fl-aħjar interess tal-partijiet konċernati, kif ukoll fl-interess tal-ħarsien ta’ l-annimali (animal welfare).

Il-Ministeru jrid jippreċiża li hu mhux lest li jawtorizza ebda forma ta’ sussidju ieħor, ħlief dak li ġie mħabbar bħala parti mill-Enhanced Livestock Premium Scheme, li kienet approvata mill-Kabinett fi tmiem is-sena l-oħra.

Il-biċċiera kienu nfurmati b’dan f’Diċembru 2003, jiġifieri qabel ma’ l-Gvern introduċca l-iskema l-ġdida bil-kundizzjonijiet il-ġodda. Għaldaqstant, kellhom ikunu l-biċċiera stess li jqisu l-impatt ta’ dan fuq il-prezzijiet li jistabbilixxu mal-produtturi.

Il-Ministeru għadu qed isegwi l-aħħar żviluppi f’dan il-każ u jirriserva d-dritt li jaġġixxi fl-aħjar interessi tal-partijiet kollha, nklużi l-konsumaturi, fil-mument opportun.

Għal darb’oħra, il-Ministeru jappella liż-żewġ partijiet biex jaslu għal ftehim mill-aktar fis. Dan għandu jwassal biex fil-ġimgħat li ġejjin ikun implimentat pjan għal grading tal-prodotti taċ-ċanga friska li jinqatlu fil-biċċerija.

Iż-żewġ naħat involuti f’din il-kwistjoni għandhom jifhmu li dan hu żmien kruċjali għall-industrija taċ-ċanga f’pajjiżna u għalhekk, l-attenzjoni għandha tingħata biex tinstab soluzzjoni xierqa li tkun aċċettata minn kullħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow