NOFS MILJUN EWRO GĦAT-TAĦRIĠ TA’ INTERPRETI: XOGĦOL ĠDID GĦAL MIN HU TAJJEB FIL-LINGWI
Nru. 1329
NOFS MILJUN EWRO GĦAT-TAĦRIĠ TA’ INTERPRETI:XOGĦOL ĠDID GĦAL MIN HU TAJJEBFIL-LINGWI
Tmien żgħażagħMaltin se jsegwu kors fl-European Mastersin Conference Interpretation fl-Università ta’ Westminster waqt li żgħażugħieħor intgħażel biex iqattażmien ta’ taħriġ ġewwa Brussell. Mat-tmiem tal-kors dawn iż-żgħażagħse jingħataw kuntratt ta’ sentejn biex jaħdmuma’ l-Istituzzjonijiet Ewropej fil-qasam ta’ l-interpretazzjoni kif ukoll biexiħarrġu studenti oħraMaltin fil-kors li ser jibda fl-Università ta’ Malta f’Ottubru 2005. Dan il-kuntratt iġib paga u benefiċċji oħratajbin. Wara dawn is-sentejn iż-żgħażagħjistgħu japplikaw mad-Direttorat Ewropew ta’l-Interpretazzjoni għall-postijiet li jista’ joħroġ. L-Università ngħatat ukoll għajnunabiex tibni l-kapaċità għat-taħriġta’ l-interpreti u t-tradutturi professjonali. Dan ħabbru l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħu Xogħol Dr. Louis Galea f’konferenza stampa mogħtijafiċ-Ċentru Kulturali Robert Samut.
Il-Ministrukompla li b’kollox dawn iż-żgħażagħ se jieħdul-ammont ta’ madwar €25,000 kull wieħed biex ikoprul-ispejjeż tal-kors f’Westminster, l-akkomodazzjoni u l-materjal ta’studju. L-ammont kollu se jitħallasmill-Parlament Ewropew waqt li l-Gvern Malti se jħallas biss għat-trasportbl-ajru. Il-kors se jibda f’Settembru umistenni jispiċċa f’Mejju 2005. B’hekkil-pajjiż ser isaħħaħ ir-riżorsifil-qasam ta’ l-interpretazzjoni – qasam relattivament ġdid għal pajjiżna. Il-Ministru sostna li fl-UE hemm opportunitàimportanti għal dawk li huma b’saħħithom fil-lingwiu li lesti jitħarrġu bħala interpretisimultaneji jew tradutturi. Hu faħħar l-entużjażmu ta’ dawniż-żgħażagħ u rringrazzja lil dawkkollha li kellhom x’jaqsmu mal-kisba tal-fondi.
Kollox beda metadelegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ġiet Malta f’Jannar2004 biex tgħin fil-problema Maltija fl-interpretazzjoni utfittex soluzzjonijiet. Din iż-żjarakienet segwita b’taħdidiet tekniċi fi Brussell bejn l-KummissjoniEwropea u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni fejn saru l-ewwel proposti għalgħajnuna Ewropea. Il-Ministru Galea fakkar fiż-żjara tal-Viċi President tal-KummissjoniEwropea, Neil Kinnock (Frar 2004), tad-Direttur General tas-Servizzi ta’l-Interpretazzjoni, is-Sur Marco Benedetti (Marzu 2004), u tad-Direttur Ġeneralitas-Servizzi tat-Traduzzjoni s-Sur K-J Juhari Lommorth (Marzu 2004) Il-Ministru iltaqa’ wkoll ma’delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
…/…
Il-ftehim aħħarintlaħaq fi Brussell meta s-Sur Frans Borg, Direttur għall-AffarijietEwropej, iddiskuta l-aħħar dettalji mal-KummissjoniEwropea u l-Parlament Ewropew (April 2004). Id-Direttur Ġeneral għall-Interpretazzjoniwera l-apprezzament tiegħu għal mod effettivta’ kif imxew d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew ul-Qorti Ewropea tal-Gustizzja u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Ministu qal lil-għażla ta’ l-istudenti ma kienetx faċli. Aktar minn 110 studenti applikaw biex jagħmlul-aptitude test f’Mejju 2004 li kien immexximill-Kummisjsoni Ewropea u li minnu ntgħażlu t-tmienstudenti li se jsegwu l-kors. L-istessKummissjoni Ewropea għażlet ukoll 14-il student ieħorli mistennija jsegwu kors qasir f’pajjiż Ewropew biex jitħarrġuf’xi lingwa ta’ l-interpretazzjoni. Danmistenni jipprepara tajjeb lil dawn l-istudenti biex ikunu lesti għalmeta f’Otturbu 2005 jibda l-kors tal-EuropeanMasters in Conference Interpretation fl-Università ta’ Malta. ‘Dawn huma opportunjitajiet ġodda għaż-żgħażagħtagħna li mistenni jinħatfub’entużjażmu’ sostna Louis Galea.
Louis Galea qalli l-Unjoni Ewropea tat ukoll l-għajnuna tagħhabiex tgħin l-Università tmexxi l-kors hawn Malta. L-Università kisbet €111,000 taħtil-fondi tat-Transition Facility 2004biex tixtri apparat modern u sofistikat għat-taħriġta’ l-istudenti fil-qasam ta’ l-interpretazzjoni. L-istudenti li jiggradwaw minn Westminsterser jieħdu sehem fit-taħriġ ta’l-istudenti Maltin.
Il-Ministru Galeaqal li diffikultà ewlenija li qed teffettwa l-interpretazzjoni hi n-nuqqas ta’glossarju komplut biex jgħin lit-tradutturi Maltinfil-konsistenza tat-traduzzjonijiet tagħhom. Għaldaqstantl-Università ta’ Malta qed tingħata wkoll għajnunamill-Unjoni Ewropea fl-ammont ta’ kwazi kwart ta’ miljun Euro. L-Università hi mistennija tixtri pakkettita’ software li jintużaw għat-taħriġu tibni glossarju Malti dettaljat. Il-proġett mistenni jieħu madwar sentejn u huffinanzjat taħt il-programm tat-Transition Facility 2004.
Louis Galea tennali l-imħuħ Maltin huma kapaċi jkunu l-ixprunli jmexxu lil pajjiżna ’il quddiem biex jaħtaf kullopportunità li hemm lil hinn minnxtutna. “Veru li għadna qed nitgħallmu,imma ċert ukoll li kapaċi nitgħallmu malajr u nirnexxumalajr. Nemmen fil-kapaċità tagħnalkoll li l-isfidi nittrasformawhom f’opportunitajiet ta’ żvilupp kif diġàbdejna nagħmlu” temm jgħid Louis Galea.
DOI 26.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en