Left arrow Go Back

NOFS MILJUN EWRO GĦAT-TAĦRIĠ TA’ INTERPRETI: XOGĦOL ĠDID GĦAL MIN HU TAJJEB FIL-LINGWI

PR1329
Date Icon 26/08/2004

Nru. 1329

NOFS MILJUN EWRO GĦAT-TAĦRIĠ TA’ INTERPRETI:XOGĦOL ĠDID GĦAL MIN HU TAJJEBFIL-LINGWI

Tmien żgħażagħMaltin se jsegwu kors fl-European Mastersin Conference Interpretation fl-Università ta’ Westminster waqt li żgħażugħieħor intgħażel biex iqattażmien ta’ taħriġ ġewwa Brussell. Mat-tmiem tal-kors dawn iż-żgħażagħse jingħataw kuntratt ta’ sentejn biex jaħdmuma’ l-Istituzzjonijiet Ewropej fil-qasam ta’ l-interpretazzjoni kif ukoll biexiħarrġu studenti oħraMaltin fil-kors li ser jibda fl-Università ta’ Malta f’Ottubru 2005.  Dan il-kuntratt iġib paga u benefiċċji oħratajbin. Wara dawn is-sentejn iż-żgħażagħjistgħu japplikaw mad-Direttorat Ewropew ta’l-Interpretazzjoni għall-postijiet li jista’ joħroġ.  L-Università ngħatat ukoll għajnunabiex tibni l-kapaċità għat-taħriġta’ l-interpreti u t-tradutturi professjonali. Dan ħabbru l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħu Xogħol Dr. Louis Galea f’konferenza stampa mogħtijafiċ-Ċentru Kulturali Robert Samut. 

Il-Ministrukompla li b’kollox dawn iż-żgħażagħ se jieħdul-ammont ta’ madwar €25,000 kull wieħed biex ikoprul-ispejjeż tal-kors f’Westminster, l-akkomodazzjoni u l-materjal ta’studju.  L-ammont kollu se jitħallasmill-Parlament Ewropew waqt li l-Gvern Malti se jħallas biss għat-trasportbl-ajru.   Il-kors se jibda f’Settembru umistenni jispiċċa f’Mejju 2005.  B’hekkil-pajjiż ser isaħħaħ ir-riżorsifil-qasam ta’ l-interpretazzjoni – qasam relattivament ġdid għal pajjiżna.  Il-Ministru sostna li fl-UE hemm opportunitàimportanti għal dawk li huma b’saħħithom fil-lingwiu li lesti jitħarrġu bħala interpretisimultaneji jew tradutturi. Hu faħħar l-entużjażmu ta’ dawniż-żgħażagħ u rringrazzja lil dawkkollha li kellhom x’jaqsmu mal-kisba tal-fondi.     

Kollox beda metadelegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ġiet Malta f’Jannar2004 biex tgħin fil-problema Maltija fl-interpretazzjoni utfittex soluzzjonijiet.  Din iż-żjarakienet segwita b’taħdidiet tekniċi fi Brussell bejn l-KummissjoniEwropea u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni fejn saru l-ewwel proposti għalgħajnuna Ewropea. Il-Ministru Galea fakkar fiż-żjara tal-Viċi President tal-KummissjoniEwropea, Neil Kinnock (Frar 2004), tad-Direttur General tas-Servizzi ta’l-Interpretazzjoni, is-Sur Marco Benedetti (Marzu 2004), u tad-Direttur Ġeneralitas-Servizzi tat-Traduzzjoni s-Sur K-J Juhari Lommorth (Marzu 2004)  Il-Ministru iltaqa’ wkoll ma’delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 

…/…

Il-ftehim aħħarintlaħaq fi Brussell meta s-Sur Frans Borg, Direttur għall-AffarijietEwropej, iddiskuta l-aħħar dettalji mal-KummissjoniEwropea u l-Parlament Ewropew (April 2004). Id-Direttur Ġeneral għall-Interpretazzjoniwera l-apprezzament tiegħu għal mod effettivta’ kif imxew d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew ul-Qorti Ewropea tal-Gustizzja u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. 

Il-Ministu qal lil-għażla ta’ l-istudenti ma kienetx faċli.  Aktar minn 110 studenti applikaw biex jagħmlul-aptitude test f’Mejju 2004 li kien immexximill-Kummisjsoni Ewropea u li minnu ntgħażlu t-tmienstudenti li se jsegwu l-kors.  L-istessKummissjoni Ewropea għażlet ukoll 14-il student ieħorli mistennija jsegwu kors qasir f’pajjiż Ewropew biex jitħarrġuf’xi lingwa ta’ l-interpretazzjoni.  Danmistenni jipprepara tajjeb lil dawn l-istudenti biex ikunu lesti għalmeta f’Otturbu 2005 jibda l-kors tal-EuropeanMasters in Conference Interpretation fl-Università ta’ Malta.  ‘Dawn huma opportunjitajiet ġodda għaż-żgħażagħtagħna li mistenni jinħatfub’entużjażmu’ sostna Louis Galea.

Louis Galea qalli l-Unjoni Ewropea tat ukoll l-għajnuna tagħhabiex tgħin l-Università tmexxi l-kors hawn Malta.  L-Università kisbet €111,000 taħtil-fondi tat-Transition Facility 2004biex tixtri apparat modern u sofistikat għat-taħriġta’ l-istudenti fil-qasam ta’ l-interpretazzjoni.  L-istudenti li jiggradwaw minn Westminsterser jieħdu sehem fit-taħriġ ta’l-istudenti Maltin.

Il-Ministru Galeaqal li diffikultà ewlenija li qed teffettwa l-interpretazzjoni hi n-nuqqas ta’glossarju komplut biex jgħin lit-tradutturi Maltinfil-konsistenza tat-traduzzjonijiet tagħhom.  Għaldaqstantl-Università ta’ Malta qed tingħata wkoll għajnunamill-Unjoni Ewropea fl-ammont ta’ kwazi kwart ta’ miljun Euro.  L-Università hi mistennija tixtri pakkettita’ software li jintużaw għat-taħriġu tibni glossarju Malti dettaljat. Il-proġett mistenni jieħu madwar sentejn u huffinanzjat taħt il-programm tat-Transition Facility 2004.

Louis Galea tennali l-imħuħ Maltin huma kapaċi jkunu l-ixprunli jmexxu lil pajjiżna ’il quddiem biex jaħtaf kullopportunità li  hemm lil hinn minnxtutna.  “Veru li għadna qed nitgħallmu,imma ċert ukoll li kapaċi nitgħallmu malajr u nirnexxumalajr.  Nemmen fil-kapaċità tagħnalkoll li l-isfidi nittrasformawhom f’opportunitajiet ta’ żvilupp kif diġàbdejna nagħmlu” temm jgħid Louis Galea.

DOI  26.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow