ĦIDMA FLIMKIEN MILL-GVERN, L-MTA U S-SETTUR PRIVAT FIL-QASAM TURISTIKU
IL-ĦAMIS,26 TA’ AWISSU 2004
Nru. 1328
ĦIDMA FLIMKIEN MILL-GVERN, L-MTA U S-SETTUR PRIVATFIL-QASAM TURISTIKU
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li minn ċifri maħruġa mill-AjruportInternazzjonali ta’ Malta jirriżulta li f’Lulju ħallew Malta 147,808passiġġier, 11,077 jew 7.5 fil-mija iżjed minn Lulju tas-sena l-oħra. Hu qal lijirriżulta li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena ħallew l-ajruport ta’ Malta 31,688aktar passiġġieri mill-istess perijodu s-sena l-oħra. Din hi żieda perċentwalita’ 4.5 fil-mija. Il-Ministru kien qed jindirizza laqgħa ta’ informazzjonigħall-applikanti potenzjali ta’ l-iSkema ta’ Għotjiet iffinanzjata bi sħab ma’l-Unjoni Ewropea.
Il-MinistruZammit Dimech qal li minkejja li tul it-tliet snin li għaddew kien hemm tnaqqisfis-settur turistiku, kemm il-Gvern kif ukoll is-settur privat baqgħu jurul-fiduċja tagħhom f’dan is-settur billi komplew jinvestu. Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-infiq dirett tal-Gvern għat-turiżmu ul-ivvjaġġar jirriżulta li kien l-ogħla fost il-pajjiżi membri ġodda ta’l-Unjoni Ewropea u d-doppju tal-medja Ewropea. Hu qal li riċerka miġbura mill-WorldTravel & Tourism Council tirrivela li l-Gvern jonfoq 3.4 fil-mijatal-konsum totali tiegħu meta l-medja ta’ l-UE kienet ta’ 1.9 fil-mija.
Francis ZammitDimech qal li s-settur privat kien qiegħed bħalissa jwettaq 16-il proġett għalbini ta’ lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti b’investimentta’ aktar minn Lm60 miljun.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qalli matul is-sena li għaddiet l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kompliet isaħħaħis-settur b’sensiela ta’ miżuri maħsuba biex jirriflettu l-ħtiġiet tal-lum ujaqtgħu abbużi. Dawn jinkludu
o Regolamenti ġoddagħas-settur tad-diving;
o Regolamenti ġoddadwar ‘bed and breakfast’ (operations)fi stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika;
o Regolamenti dwaril-bejgħ tat-‘timeshare’;
o Regolamenti dwarstabbilimenti tal-catering.
…/…
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fetħitilna l-biebbiex nikkwalifikaw minn fondi maħsuba li jkattru l-kompetittività ta’ dawk lijipprovdu servizzi fil-qasam turistiku fl-isfond ta’ l-objettivi tal-FondiStrutturali. Hu qal li l-Iskema ta’ Għotjiet għal Proġetti Turistiċi kienet ta’2.5 miljun EURO li 60 fil-mija minnhom kienu taħt forma ta’ għotjiet bl-40fil-mija l-oħra joħorġu mis-settur privat.
Francis ZammitDimech qal li s-setturi li huma maħsuba li jibbenefikaw minn din l-iskema huma servicedaccommodation establishments, farmhouses, stabbilimenti ta’ l-ikel,skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż, istituti privati għat-taħriġ fit-turiżmu,operaturi tad-diving, mużewijiet privati u attrazzjonijiet turistiċi uoperaturi ta’ l-ivvjaġġar. Dawn se jkunu mgħejjuna fi proġetti ta’ investimentli jaqgħu taħt dawn il-kategoriji:
· Inizjattivi ambjentali;
· Proġetti privati fis-settur tal-wirt storiku;
· Upgrading ta’ l-infrastruttura,tagħmir u sistemi ta’ IT fl-oqsma ta’ l-akkomodazzjoni, catering, diving,skejjel tal-lingwa, istituti privati għat-taħriġ fit-turiżmu, destinationmanagement companies u agenziji ta’ l-ivvjaġġar, attrazzjonijiet turistiċiu kumpanniji relatati li joffru servizz turistiku;
· Inizjattivi fil-qasam tal-marketing.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li issa li l-applikazzjonijiet taħt din l-iskemaħarġu kienu qed isiru laqgħat biex dawk interessati jkunu jafu x’iridu jagħmlubiex jappplikaw. Hu awgura li jkun hemm ħafna operaturi fil-qasam turistiku lijibbenefikaw minn dawn l-għotjiet biex mhux biss intejjbu l-prodott turistikuta’ pajjiżna iżda nkunu wkoll f’qagħda li nippromwovu aħjar lil pajjiżnafil-pajjiżi li minnhom jiġu t-turisti fostna.
DOI 26.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en