Left arrow Go Back

ĦIDMA FLIMKIEN MILL-GVERN, L-MTA U S-SETTUR PRIVAT FIL-QASAM TURISTIKU

PR1328
Date Icon 26/08/2004

IL-ĦAMIS,26 TA’ AWISSU 2004

Nru. 1328

ĦIDMA FLIMKIEN MILL-GVERN, L-MTA U S-SETTUR PRIVATFIL-QASAM TURISTIKU

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li minn ċifri maħruġa mill-AjruportInternazzjonali ta’ Malta jirriżulta li f’Lulju ħallew Malta 147,808passiġġier, 11,077 jew 7.5 fil-mija iżjed minn Lulju tas-sena l-oħra. Hu qal lijirriżulta li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena ħallew l-ajruport ta’ Malta 31,688aktar passiġġieri mill-istess perijodu s-sena l-oħra. Din hi żieda perċentwalita’ 4.5 fil-mija. Il-Ministru kien qed jindirizza laqgħa ta’ informazzjonigħall-applikanti potenzjali ta’ l-iSkema ta’ Għotjiet iffinanzjata bi sħab ma’l-Unjoni Ewropea.

Il-MinistruZammit Dimech qal li minkejja li tul it-tliet snin li għaddew kien hemm tnaqqisfis-settur turistiku, kemm il-Gvern kif ukoll is-settur privat baqgħu jurul-fiduċja tagħhom f’dan is-settur billi komplew jinvestu. Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-infiq dirett tal-Gvern għat-turiżmu ul-ivvjaġġar jirriżulta li kien l-ogħla fost il-pajjiżi membri ġodda ta’l-Unjoni Ewropea u d-doppju tal-medja Ewropea. Hu qal li riċerka miġbura mill-WorldTravel & Tourism Council tirrivela li l-Gvern jonfoq 3.4 fil-mijatal-konsum totali tiegħu meta l-medja ta’ l-UE kienet ta’ 1.9 fil-mija.

Francis ZammitDimech qal li s-settur privat kien qiegħed bħalissa jwettaq 16-il proġett għalbini ta’ lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti b’investimentta’ aktar minn Lm60 miljun.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qalli matul is-sena li għaddiet l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kompliet isaħħaħis-settur b’sensiela ta’ miżuri maħsuba biex jirriflettu l-ħtiġiet tal-lum ujaqtgħu abbużi. Dawn jinkludu

o    Regolamenti ġoddagħas-settur tad-diving;

o       Regolamenti ġoddadwar ‘bed and breakfast’ (operations)fi stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika;

o    Regolamenti dwaril-bejgħ tat-‘timeshare’;

o    Regolamenti dwarstabbilimenti tal-catering.

…/…

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fetħitilna l-biebbiex nikkwalifikaw minn fondi maħsuba li jkattru l-kompetittività ta’ dawk lijipprovdu servizzi fil-qasam turistiku fl-isfond ta’ l-objettivi tal-FondiStrutturali. Hu qal li l-Iskema ta’ Għotjiet għal Proġetti Turistiċi kienet ta’2.5 miljun EURO li 60 fil-mija minnhom kienu taħt forma ta’ għotjiet bl-40fil-mija l-oħra joħorġu mis-settur privat.

Francis ZammitDimech qal li s-setturi li huma maħsuba li jibbenefikaw minn din l-iskema huma servicedaccommodation establishments, farmhouses, stabbilimenti ta’ l-ikel,skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż, istituti privati għat-taħriġ fit-turiżmu,operaturi tad-diving, mużewijiet privati u attrazzjonijiet turistiċi uoperaturi ta’ l-ivvjaġġar. Dawn se jkunu mgħejjuna fi proġetti ta’ investimentli jaqgħu taħt dawn il-kategoriji:

·            Inizjattivi ambjentali;

·            Proġetti privati fis-settur tal-wirt storiku;

·            Upgrading ta’ l-infrastruttura,tagħmir u sistemi ta’ IT fl-oqsma ta’ l-akkomodazzjoni, catering, diving,skejjel tal-lingwa, istituti privati għat-taħriġ fit-turiżmu, destinationmanagement companies u agenziji ta’ l-ivvjaġġar, attrazzjonijiet turistiċiu kumpanniji relatati li joffru servizz turistiku;

·            Inizjattivi fil-qasam tal-marketing.

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li issa li l-applikazzjonijiet taħt din l-iskemaħarġu kienu qed isiru laqgħat biex dawk interessati jkunu jafu x’iridu jagħmlubiex jappplikaw. Hu awgura li jkun hemm ħafna operaturi fil-qasam turistiku lijibbenefikaw minn dawn l-għotjiet biex mhux biss intejjbu l-prodott turistikuta’ pajjiżna iżda nkunu wkoll f’qagħda li nippromwovu aħjar lil pajjiżnafil-pajjiżi li minnhom jiġu t-turisti fostna.

DOI  26.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow