IN-NURSES MAS-SERVIZZ TAS-SAHHA SER JIGU MPJEGATI SKOND IL-BZONN
Nru. 1327
IN-NURSES MAS-SERVIZZ TAS-SAHHA SER JIGU MPJEGATI SKOND IL-BZONN
Fi stqarrija maħruġa dalgħodu,il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) talbet laqgħa urġenti mal-PrimMinistru dwar dak li huma qalu li hija ‘deċiżjoni li ttieħdet bla konsultazzjonili ma jiġux impjegati n-Nurses li għadhom kif iggradwaw b’suċċess.’
Il-Prim Ministru ma jsib l-ebdadiffikulta’ sabiex jiltaqa mal-MUMN, bħalma għamel fil-4 ta’ Mejju u bħalma qedjagħmel b’mod regolari ma’ l-imsieħba soċjali.
F’dan il-każ, jidher li l-MUMNġiet żgwidata peress li mhux minnu li l-Gvern ħa xi deċiżjoni li ma’ jiġuximpjegati n-Nurses li għadhom kif iggradwaw. Id-deċiżjoni meħuda mill-Gvernhija li l-impjieg ta’ Nurses fis-servizz tas-saħħa jsir skond il-bżonntas-servizz u mhux skond kemm jiggradwaw nies. Fil-fatt, id-Diviżjoni tas-Saħħabħalissa għaddejja b’eżerċizzju dettaljat sabiex tidentifika dawk is-setturi liverament jinħtieġu Nurses. Ġaladarba dan jiġi stabbilit, il-Gvern ikunf’pożizzjoni li jimpjega l-ammont ta’ Nurses skond il-bżonn.
Għaldaqstant, kien ikun aktargħaqli li kieku l-MUMN ivverifikat il-fatti mingħajr ma tirrikorri għal panikubla bżonn. Ir-rwol tal-Gvern mhuwiex li jiggarantixxi l-impjieg ghan-Nurses lijiggradwaw, imma li jassigura li s-servizz tas-saħħa għandu r-riżorsi umanineċessarji b’tali mod li jiggarantixxi livell adekwat ta’ kura.
DOI 25.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en