200,000 TURIST JŻURUNA GĦALL-WIRT KULTURALI TA’ PAJJIŻNA
l-erbgĦA: 25 T’AWISSU 2004
NO. 1326
200,000 turist jżurunagħall-wirt kulturali ta’ pajjiżna
Siltiet minn diskors li l-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech għamel meta nieda l-proġett Etnika organizzatmill-Etnika Team
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura Francis Zammit Dimech qal li minn mindu pajjiżna kiseb l-Indipendenza40 sena ilu l-poplu Malti, l-aktar il-ħassieba ta’ pajjiżna, għamlu kull sforzbiex jfittxu dejjem aktar fl-għeruq tagħna, biex joħorġu aħjar l-identita’tal-poplu Malti li tiddistingwieh minn kull poplu ieħor u li lilna, bħalapoplu, tagħmilna Maltin f’pajjiż sovran.
Francis ZammitDimech qal li l-kultura kienet tiġbed l-akbar numru ta’ turisti lejn pajjiżna.Hu qal li kien ikkalkulat li madwar 200,000 turist jżuru pajjiżna biex jieħdul-esperjenza tal-wirt kulturali tagħna, l-istorja millenarja, l-folklorMediterranju u Ewropej magħġun fl-istorja Maltija u d-drawwiet tagħna li jduru madwar il-festital-bliet u l-irħula u t-tradizzjonijiet li ġew mgħoddija minn ġenerazzjonigħall-oħra.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-kultura kienet għodda importanti biex nattiraw lejnpajjiżna turisti li jżuruna għal dik ix-xi ħaġa li ħaddieħor m’għandux iżdakienet aktar importanti biex inkomplu noħorġu l-identita’ tagħna li tridtagħżilna minn nazzjonijiet oħra u ssaħħaħ s-sovranita’ aktar u aktar illum linagħmlu parti minn għaqda ta’ 25 nazzjon – l-Unjoni Ewropea – li hi mibnija fuqid-diversita’ tal-kulturi.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-proġett li għal dawn l-aħħar tliet snin niedewl-Etnika fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal, fl-Imdina u f’Sant’Iermu, u li dinis-sena se jittella’ fil-Foss tal-Kavallier ta’ San Ġwann, kienu maħsuba bħalavjaġġ fiż-żmien biex jiskopru wirt kulturali u wirt mużikali li ntilef tul iż-żmenijiet.Il-proġetti ta’ l-Etnika ġabru flimkien grupp ta’ nies li ntroduċew strumentili kienu intilfu, melodiji li kienu ntesew, wirt li kien intilef.
Francis ZammitDimech qal li minħabba l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna u anke għall-fatt likonna maħkuma minn diversi nazzjonijiet bid-diversi kulturi tagħhom, il-mużika fokloristika Maltija ligħadha teżisti hi limitata. Hu qal li l-akbar element folkoristiku f’danir-rigward hu l-għana li qed isir kull sforz biex ma tintilifx. Hu qal liEtnika użaw l-għana għal skop ta’ narrazzjoni u utilizzaw fost l-aħjar elementili għandna f’pajjiżna. Hu qal li din is-sena kienu ppreparaw arranġamenti ġoddabażati fuq l-għana. Hu qal li l-Gvern qed igħin billi kull sena jorganizzafestival tal-għana. Iżda dan ma kienx biżżejjed għaliex kull għannej lijintilef u ma jiġix sostitwit hu telfa irreparabbli għall-folklor ta’ pajjiżna.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li telf ieħor hu dak ta’ strumenti mużikali li konnanisimgħu jindaqqu anke sa ftit tas-snin ilu u li llum donnhom għebumill-istrumentazzjoni ta’ pajjiżna. Hu qal kien għalhekk li jħossu grat lejnit-team Etnika li qed jagħtu l-ħajja lill-mużika tradizzjonali tagħnabilli jlibbsuha libsa ġdida ta’ kreattivita’ u innovazzjoni. Il-Ministru ZammitDimech qal li matul l-aħħar snin Etnika ntroduċew fil-proġetti tagħhom ir-ram,iż-żaqq u t-tambur. Hu qal li dinis-sena kienu se jintroduċu l-flejguta.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li kien ta’ pjaċir għalih li l-proġett ta’ l-Etnikata’ din is-sena kien se jiġi esegwit fil-Foss tal-Kavallier ta’ San Ġwann,parti mill-fortifikazzjonijiet li nbnew mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biexiħarsu l-belt kapitali ta’ pajjiżna, li llum qed jikkontribwixxu biexnipproġettaw Malta bħala esperjenza fil-qasam turistiku. Hu qal li Etnika kienuqed jutilizzaw ukoll is-swar biex jipproġġettaw l-istorja u jirrakkuntawhapermezz ta’ narratur.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li Etnika huma ambaxxaturi ta’ pajjiżna billijirrapreżentaw lil Malta f’diversi festivals internazzjonali b’mużikabbażata fuq il-mużika tradizzjonali. Hu qal li Etnika kienu qed jagħtu sehemhombiex isalvaw dan il-wirt tradizzjonali mill-estinzjoni.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura appella lill-għalliema biex ikunu huma li jixprunawliż-żgħażagħ tagħna biex jagħrfu jgħożżu l-kultura folkloristika ta’ pajjiżnabiex mhux talli ma tintilifx iżda tingħata l-ħajja. Hu appella biex nkunukburin b’dak kollu li hu tagħna u biex anke noħorġu l-vera identita’ tagħnamat-turisti li jżuruna.
DOI - 25.08.04
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en