Left arrow Mur Lura

DAR MALTA: KISBA LI TAGHMEL GIEH U LI TIZGURA LI MALTA TIKBER FL-EWROPA

PR1325
Date Icon 24/08/2004

Nru. 1325

DAR MALTA: KISBA LI TAGHMEL GIEH U LI TIZGURA LI MALTA TIKBERFL-EWROPA 

Il-proċess ta’ xiri ta’ propjeta’għall-poplu Malti fi Brussell huwa fl-aqwa interess ta’ pajjiżna u l-Gvern serjiżgura li dan l-investiment jirrendi f’sens ta’ rappreżentanza qawwija u sħiħatal-Gvern Malti fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fid-deċiżjonijiet lijaffettwaw intimament il-ħajja tagħna l-Maltin.

Huwa għaldaqshekk kontradittorjukif il-Partit Labursita, issa li qed jgħid li ser jaħdem biex jinkisbu l-akbarbenefiċċji għal Malta mis-sħubija, qed iniedi kampanja sistematika biex inisseldubju dwar l-integrita’ tal-proċess li bih sar dan l-akkwist. L-aħħar attentathuwa dak li sar mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra ta’ periti fuq danil-proġett.

Meta l-MIMCOL bdiet tikkunsidraf’aktar dettall tlett binjiet, hija qabbdet kumpanija ta’ periti u inġinieraBelġjani bl-isem ta’ SSA/XX, immexxija mill-Professur Guy Chatel u assistitminn Jan Moens, Kris Koremans u Dirk Jaspaert. Fost pariri tekniċi oħrajn,SSA/XX tat il-pariri tagħha lill-MIMCOL dwar is-saħħa strutturali tat-tlettpropjetajiet.

Fl-istess waqt, il-kumpanija limingħandha l-Gvern xtara din il-propjeta’, Confinimmo, assenjat perit tagħhastess, il-Perit Daniel Dethier sabiex jidderiġi t-titjib strutturali li nqabelli għandu jsir bejn il-Gvern u Confinimmo ma’ l-iffirmar tal-kuntratt. Huwas-Sur Dethier li għamel il-pjanti oriġinali li fuqhom għandu jsir it-titjibstrutturali u r-refurbishment.

Peress li kull Ambaxxata għandhabżonnijiet partikolari li joħorġu minn obligazzjonijiet xi kultant ankinternazzjonali, l-MIMCOL ħasset il-bżonn li tikkummissjona lill-Perit MartinXuereb biex jaħdem flimkien mal-Perit Dethier fuq il-finalizazzjonjital-pjanti, u mal-kuntratturi appuntati minn Confinimmo sabiex jiġi żgurat lix-xogħol isir skond il-bżonnijiet u skond il-ftehim. L-għazla tal-Perit Xuerebsaret fuq il-bażi tal-kompetenza li l-Perit Xuereb għandu fuq proġetti simili,bħalma huma x-xogħol magħmul riċentement fuq l-Kummissjoni Għolja tar-RenjuUnit u l-Ambaxxata tal-Renju Olandiż. Tajjeb jingħad li l-Perit Xuereb ma’wettaq l-ebda proġett ieħor relatat mal-Gvern għall-anqas matul dawn l-aħħarħmistax-il sena.

DOI – 24.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow