IT-TFAL BĦALA GĦASSIESA TA’ L-INDAFA U L-WIRT STORIKU F’PAJJIŻNA
NO. 1324
It-tfal bħala għassiesata’ l-indafa u l-wirt storiku f’pajjiżna
Siltietminn diskors li Francis Zammit Dimech Ministru għat-Turiżmuu Kultura għamel meta qassam kopji ta’ ‘Jien u t-turist” waqt attivita’organizzata mill-MTA b’kollaborazzjoni ma’ Playmobil
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li ingredjent importantifil-qasam turistiku kien l-ospitalita’. Hu qal li pajjiżna kien rinomatgħall-ospitalita’ tal-poplu tiegħu, għalkemm ma kienx jemmen li għadna ospitalidaqs kemm konna għaliex kieku ma kienx ikun hemm minn ‘jisraq’ lit-turist ub’hekk jagħmel ħsara lill-isem pajjiżnau l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Francis ZammitDimech qal li t-tfal jridu jiġu mħeġġa biex minn ċkunithom jieħdu ħsiebpajjiżna billi ma jħammġux minn bieb id-dar fejn joqgħodu ’l barra, billi jħarsu l-kampanja u x-xtut ta’pajjiżna, billi jindukraw l-monumenti storiċi ta’ pajjiżna u l-wirt storiku.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li jekk it-tfal ngħallmuhom minn ċkunithom li pajjiżna hu tagħnalkoll u għalhekk irridu nħarsuh minn kull tip ta’ ħsara, allura m’hemmx dubbju,li għada pitgħada jkollna ġenerazzjoni li tikkura aħjar dak kollu li hu tagħna.
Il-Ministru ZammitDimech qal li Malta hi pajjiż żgħir b’popolazzjoni kbira u għalhekk l-iskartf’pajjiżna jidher aktar minn f’pajjiżi akbar minnha. Hu qal li kien għalhekk lihu assolutament importanti li ħadd ma jħammeġ la t-toroq ewlenin, la l-kampanjau anqas ix-xtajtiet. Kien għalhekk li t-tfal minn żgħar jridu jitgħallmu li għandhomjħarsu l-indafa f’pajjiżna.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li wara tliet snin li fih in-numru ta’ turisti f’pajjiżna naqasjidher li fl-aħħar xhur bdejna nirpiljaw. Hu qal li ċifri maħruġa sewmill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, kif ukoll mill-AjruportInternazzjonali ta’ Malta, juru li kien hemm żieda ta’ turisti f’Mejju, Ġunju uLulju, bi prospetti tajbin għal Awissu. Il-Ministru Zammit Dimech qal li biexdawn ir-riżultati jkomplu jitjiebu kulħadd irid jagħmel ħiltu. Hu fakkar limit-turiżmu jiekol kulħadd u għalhekk kulħadd kellu jagħti sehmu.
Francis ZammitDimech appella lit-tfal biex ikunu huma l-għassiesa tal-ħarsien ta’ l-ambjentf’pajjiżna u li jkunu huma li jħarsu l-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu rringrazzjalill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għall-pubblikazzjoni “Jien u t-Turist” li għandhatgħin biex it-tfal jkunu aktar konxji ta’ dak li jistgħu jagħmlu huma biexinsaħħu s-settur turistiku.
DOI – 24.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en