Left arrow Go Back

IT-TFAL BĦALA GĦASSIESA TA’ L-INDAFA U L-WIRT STORIKU F’PAJJIŻNA

PR1324
Date Icon 24/08/2004

NO. 1324

It-tfal bħala għassiesata’  l-indafa  u l-wirt storiku f’pajjiżna

Siltietminn diskors li Francis Zammit Dimech Ministru għat-Turiżmuu Kultura għamel meta qassam kopji ta’ ‘Jien u t-turist” waqt attivita’organizzata mill-MTA b’kollaborazzjoni ma’ Playmobil

Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li ingredjent importantifil-qasam turistiku kien l-ospitalita’. Hu qal li pajjiżna kien rinomatgħall-ospitalita’ tal-poplu tiegħu, għalkemm ma kienx jemmen li għadna ospitalidaqs kemm konna għaliex kieku ma kienx ikun hemm minn ‘jisraq’ lit-turist ub’hekk jagħmel ħsara lill-isem  pajjiżnau l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Francis ZammitDimech qal li t-tfal jridu jiġu mħeġġa biex minn ċkunithom jieħdu ħsiebpajjiżna billi ma jħammġux minn bieb id-dar fejn joqgħodu ’l  barra, billi jħarsu l-kampanja u x-xtut ta’pajjiżna, billi jindukraw l-monumenti storiċi ta’ pajjiżna u l-wirt storiku.

Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li jekk it-tfal ngħallmuhom minn ċkunithom li pajjiżna hu tagħnalkoll u għalhekk irridu nħarsuh minn kull tip ta’ ħsara, allura m’hemmx dubbju,li għada pitgħada jkollna ġenerazzjoni li tikkura aħjar dak kollu li hu tagħna.

Il-Ministru ZammitDimech qal li Malta hi pajjiż żgħir b’popolazzjoni kbira u għalhekk l-iskartf’pajjiżna jidher aktar minn f’pajjiżi akbar minnha. Hu qal li kien għalhekk lihu assolutament importanti li ħadd ma jħammeġ la t-toroq ewlenin, la l-kampanjau anqas ix-xtajtiet. Kien għalhekk li t-tfal minn żgħar jridu jitgħallmu li għandhomjħarsu l-indafa f’pajjiżna.

Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li wara tliet snin li fih in-numru ta’ turisti f’pajjiżna naqasjidher li fl-aħħar xhur bdejna nirpiljaw. Hu qal li ċifri maħruġa sewmill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, kif ukoll mill-AjruportInternazzjonali ta’ Malta, juru li kien hemm żieda ta’ turisti f’Mejju, Ġunju uLulju, bi prospetti tajbin għal Awissu. Il-Ministru Zammit Dimech qal li biexdawn ir-riżultati jkomplu jitjiebu kulħadd irid jagħmel ħiltu. Hu fakkar limit-turiżmu jiekol kulħadd u għalhekk kulħadd kellu jagħti sehmu.

Francis ZammitDimech appella lit-tfal biex ikunu huma l-għassiesa tal-ħarsien ta’ l-ambjentf’pajjiżna u li jkunu huma li jħarsu l-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu rringrazzjalill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għall-pubblikazzjoni “Jien u t-Turist” li għandhatgħin biex it-tfal jkunu aktar konxji ta’ dak li jistgħu jagħmlu huma biexinsaħħu s-settur turistiku.

DOI – 24.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow