IL-KWALITA’ TA’ L-ILMA BAĦAR FIL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ, SAN ĠILJAN
NO. 1321
Il-Kwalita’ ta’ L-Ilma Baħar Fil-Bajja Ta’ SanĠorġ, San Ġiljan
Wara li dehru xi rapporti f’xi mezzital-media lokali fir-rigward tal-Bajjata’ San Ġorġ, f’San Ġiljan, li hijakkontaminata, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża lill pubblikuġenerali illi:
1. Danid-Dipartiment ma’ jirriżultalux li xi kampjuni tal-baħar li ttieħdu minn dinil-bajja matul dan l-istaġun irriżultaw f’livelli li setghu kienu ta’ periklugħal minn juża din il-bajja jew li jindikaw li il-baħar kien imniġġes;
2. Danid-Dipartiment jikkonferma li l-kampjuni ta’ l-ilma baħar miġbura minn dinil-bajja mill-bidu tal-programm ta’ monitoraġġ għal kwalita ta’ l-ilma baħar,inklużi dawk il-kampjuni li nġabru w ġew analizzati matul l-aħħar gimgħa,kollha rriżultaw f’livelli tajbin għall-għawm, u għalhekk ma’ jirriżultax lil-baħar f’dawn l-akkwati kien ikkontaminat bid-dranġġ;
3. Uffiċjali minndan id-Dipartiment jagħmlu spezzjonijiet kull meta jidhol xi rapport li seta’kien hemm xi żbroff tad-dranaġġ jew xi riħa tad-dranaġġ, u dan jigi kkonfermatbilli jittieħdu kampjuni oħra barra l-programm, bħal ma’ sar nhar il-Ġimgħafejn inġabru żewġ kampjuni u wara li saru l-analiżi batterjoloġiċi dawnirriżultaw f’livelli ferm baxxi minn dawk rakkommandati, u għalhekk ma’ jirriżultaxli din il-bajja kienet ikkontaminata;
4. Danid-Dipartiment għalhekk javża lill-pubbliku li l-baħar tal-bajja ta’ San Ġorġf’San Ġiljan huwa ta’ kwalita’ tajba għall-għawm,u li dan id-Dipartiment jinforma lill pubbliku bħal ma’ dejjem għamel, jekk umeta’ ikun il-kas li l-kwalita’ ta’ l-ilma baħar tkun iddeterjorat tali illitista tkun ta’ periklu għas-saħħa.
DOI– 23.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en