Left arrow Mur Lura

IL-GVERN HU FAVUR LI F’PAJJIŻNA TITWAQQAF FAĊILITA’ BIEX TFEJJAQ U TAGĦTI KENN LILL-ANNIMALI ABBANDUNATI

PR1318
Date Icon 23/08/2004

NO.1318

Il-Gvern hu favur li f’pajjiżna titwaqqaf faċilita’ biextfejjaq u tagħti kenn lill-annimali abbandunati

Il-Gvernirid jirriafferma l-impenn tiegħu sabiex f’pajjiżna jkompli jikber l-għarfienfavur trattament xieraq lill-annimali. F’dan il-kuntest, il-Gvern jemmen lihemm bżonn li jkun eżaminat l-aħjar mod biex f’pajjiżna titwaqqaf faċilita’ lisservi biex tfejjaq u tagħti kenn lill-annimali abbandunati. 

Il-Gvernhu lest li jgħin biex din l-inizjattiva tibda topera, iżda hu wkoll importantili l-organizzazzjonijiet kollha involuti f’dan il-qasam jingħaqdu biex ikunżgurat li l-faċilita’ mhux biss titwaqqaf fuq sisien sodi u fil-parametrital-liġi lokali, iżda li tkun ukoll finanzjarjament vijabbli.  Aspett ieħor importanti hu li faċilita’ bħaldin titmexxa fuq livelli għolja. 

Dinil-pożizzjoni tal-Gvern kienet ukoll imfissra sa’ mill-ewwel jiem ta’ dinil-leġislatura matul il-laqgħat li saru ma’ l-organizzazzjonijiet li jaħdmuf’dan is-settur. L-impenn tal-Gvern favur ħarsien u trattament aħjarlill-annimali ilu jkun enfasizzat u xhieda ta’ dan kien it-twaqqif ta’ l-ewwelKunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Animal Welfare Council).  Danil-Kunsill jinkludi fih rappreżentanti ta’ għaqdiet minn diversi setturitas-soċjeta’ li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mat-trattament ta’ l-annimali sabiexikun hemm ferm aktar ko-ordinazzjoni bejn dawn l-għaqdiet. 

F’danil-kuntest, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jitlobformalment lill-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali biex jiddiskuti ujħejji pożizzjoni uffiċjali dwar it-twaqqif ta’ faċilita’ għall-ħarsien ta’l-annimali.  Il-Kunsill ser jintalabukoll iħejji abbozz ta’ regolamenti li fuqhom topera din il-faċilita’.

Il-Gvernirid jirringrazzja lin-numru dejjem akbar ta’ voluntiera li qed jiddedikaw tantħin u enerġija favur ħarsien akbar għall-annimali tagħna.  Bħalmagħamel fix-xhur li għaddew, il-Gvern se jkompli jagħti importanza lill-aspettedukattiv u dan b’kampanji ta’ informazzjoni fil-mezzi tax-xandir, inkluż spots edukattivi.

Il-Gvern irid itenni li jinħtieġ l-impenn ta’kulħadd biex f’pajjiżna ngħollu l-livell ta’ trattament għall-annimali.

DOI – 23.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow